+Artikolu 17 L-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 1a.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 4a.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 8.
---+Artikolu 17 9.
---+Artikolu 17 10.
---+Artikolu 17 11.
---+Artikolu 17 12.

Artikolu 17 L-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.
Emittent għandu jinforma lill-pubbliku malajr kemm jista’ jkun dwar informazzjoni privileġġata li tikkonċerna direttament lil dak l-emittent. Dak ir-rekwiżit m’għandux japplika għal informazzjoni privileġġata relatata ma’ passi intermedji fi proċess fit-tul kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) u (3) fejn dawk il-passi huma konnessi mal-fatt li jwasslu għal ċirkostanzi partikolari jew avveniment partikolari, jew jirriżultaw fihom. Fi proċess fit-tul, iċ-ċirkostanzi finali jew l-avveniment finali biss ikunu meħtieġa jiġu żvelati malajr kemm jista’ jkun wara li jkunu seħħew.

L-emittent għandu jiżgura li l-informazzjoni privileġġata ssir pubblika b’mod li jippermetti aċċess rapidu u sħiħ, valutazzjoni korretta u f’waqtha tal-informazzjoni mill-pubbliku u, meta applikabbli, fil-mekkaniżmu maħtur uffiċjalment imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ). L-emittent għandu jgħaqqad flimkien l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata lill-pubbliku mal-kummerċjalizzazzjoni tal-attivitajiet tiegħu. L-emittent għandu jqiegħed u jżomm fuq il-websajt tiegħu għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin, l-informazzjoni privileġġata kollha li jeħtieġ jiżvela b’mod pubbliku.

Dan l-Artikolu għandu japplika għal emittenti li jkunu talbu jew approvaw ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħhom għan-negozjar f’suq regolat fi Stat Membru jew, fil-każ ta’ strument innegozjat biss fuq MTF jew OTF, emittenti li jkunu talbu jew approvaw negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF jew OTF jew talbu ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF fi Stat Membru.

Artikolu 17 1a.
Emittent għandu jiżgura l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tissodisfa l-kriterji ta’ informazzjoni privileġġata kif imsemmi fl-Artikolu 7 sa dak iż-żmien li dik l-informazzjoni tiġi żvelata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 17 2.
Parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jiżvela, pubblikament, b’mod effettiv u fil-ħin, informazzjoni privileġġata dwar kwoti ta’ emissjonijiet li jkollu rigward in-negozju tiegħu, inklużi l-attivitajiet ta’ avjazzjoni kif speċifikat fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE jew installazzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 3(e) ta’ dik id-Direttiva, li l-parteċipant ikkonċernat, jew l-impriża prinċipali jew impriża relatata tiegħu, ikunu sidien tagħhom jew jikkontrollaw jew li għall- kwistjonijiet operazzjonali tagħhom il-parteċipant, jew l-impriża prinċipali jew impriża relatata tiegħu, ikunu responsabbli, kompetament jew parzjalment. Rigward l-istallazzjonijiet, tali żvelar għandu jinkludi informazzjoni rilevanti għall-kapaċità u l-utilizzazzjoni ta’ installazzjonijiet, inkluż nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanata jew mhux ippjanata ta’ installazzjonijiet bħal dawn.

L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet fejn l-installazzjonijiet jew attivitajiet ta’ avjazzjoni li jippossjedi, jikkontrolla jew huwa responsabbli minnhom, fis-sena preċedenti kellhom emissjonijiet li ma jaqbżux limitu minimu ekwivalenti għad-dijossidju tal-karbonju u, jekk iwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, kellhom kapaċità termali kklassifikata li ma taqbiżx limitu minimu.

Il-Kummissjoni għandha tingħat s-setgħa li tadottaatti iddelegati skont l-Artikolu 35 li jistabbilixxu limitu minimu ta’ ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju u limitu minimu ta’ kapaċità termali kklassifikata għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 17 3.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 35, li jispeċifikaw l-awtorità kompetenti għan-notifiki tal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 17 4.

Emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet jista’, taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu, jittardja l-iżvelar lill-pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-iżvelar immedjat x’aktarx jippreġudika l-interessi leġittimi tal-emittent jew tal-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet;

(b) 

l-informazzjoni privileġġata li l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet biħsiebu jittardja ma tkunx f’kuntrast mal-aħħar avviż pubbliku jew tip ieħor ta’ komunikazzjoni mill-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet dwar l-istess kwistjoni li għaliha tirreferi l-informazzjoni privileġġata;

(c) 

l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet ikun jista’ jiżgura l-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni.

Jekk emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet ikun ittardja l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata skont dan il-paragrafu, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 li l-iżvelar tal-informazzjoni kien ittardjat u għandu jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub dwar kif ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati f’dan il-paragrafu, immedjatament wara li l-informazzjoni tiġi żvelata lill-pubbliku. Alternattivament, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li rekord ta’ tali spjegazzjoni jista’ jiġi ppreżentat biss fuq talba tal-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3.

B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, emittent li l-istrumenti finanzjarji tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ biss f’suq ta’ tkabbir tal-SMEs, għandu jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti speċifikata skont il-paragrafu 3 biss fuq talba. Sakemm l-emittent ikun jista’ jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu għal dewmien, l-emittent m’għandux ikun mitlub iżomm rekord ta’ dik l-ispjegazzjoni.

Artikolu 17 4a.
In-nuqqas ta’ żvelar minn emittent ta’ informazzjoni privileġġata relatata ma’ passi intermedji fi proċessi mtawla, f’konformità mal-paragrafu 1, mhuwiex soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4.
Artikolu 17 5.

►M5  Emittent li huwa istituzzjoni tal-kreditu jew istituzzjoni finanzjarja jew emittent li huwa impriża omm ta’ istituzzjoni bħal din, jista’, taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu, jittardja l-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata, inkluż, iżda mhux biss, informazzjoni li hija relatata ma’ problema temporanja ta’ likwidità u, b’mod partikolari l-bżonn li jirċievi assistenza temporanja għal-likwidità minn bank ċentrali jew minn mutwanti tal-aħħar istanza, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: ◄

(a) 

l-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata jinvolvi riskju li tiddgħajjef l-istabbiltà finanzjarja tal-emittent u tas-sistema finanzjarja;

(b) 

ikun fl-interess pubbliku li l-iżvelar jiġi ttardjat;

(c) 

il-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni tista’ tiġi żgurata; u

(d) 

l-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 tkun tat il-kunsens tagħha għall-ittardjar ladarba l-kundizzjonijiet fil-punti (a), (b) u (c) jkunu sodisfatti.

Artikolu 17 6.

Għall-iskopijiet tal-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 5, l-emittent għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 dwar l-intenzjoni tiegħu li jittardja l-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata u jipprovdi evidenza li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 5 huma sodisfatti. L-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 għandha tikkonsulta kif xieraq mal-bank ċentrali nazzjonali jew lill-awtorità makroprudenzjali fejn din tkun istitwita, jew inkella l-awtoritajiet li ġejjin:

(a) 

jekk l-emittent huwa istituzzjoni tal-kreditu jew ditta tal-investiment l-Awtorità determinata skont l-Artikolu 133(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ):

(b) 

f’każijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a), kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra responsabbli għas-superviżjoni tal-emittent.

L-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 għandha tiżgura li l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata jkun ittardjat biss għall-perjodu li hu meħtieġ fl-interess pubbliku. L-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 għandha tal-anqas tevalwa kull ġimgħa jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 5 għadhomx sodisfatti.

Jekk l-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 ma tagħtix il-kunsens tagħha għall-ittardjar tal-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata, l-emittent għandu jiżvela l-informazzjoni privileġġata minnufih.

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-każijiet fejn l-emittent ma jiddeċidix li jittardja l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata skont il-paragrafu 4.

Ir-referenza f’dan il-paragrafu għall-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 f’dan il-paragrafu hija mingħajr ħsara għall-kapaċità tal-awtorità kompetenti li teżerċita l-funzjonijiet tagħha bi kwalunkwe mill-modi msemmijin fl-Artikolu 23(1).

Artikolu 17 7.
Meta l-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata jiġi ittardjat skont il-paragrafu 4 jew 5, jew fejn informazzjoni privileġġata relatata ma’ passi intermedji fi proċess fit-tul ma tkunx ġiet żvelata f’konformità mal-paragrafu 1, u l-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni privileġġata ma tkunx aktar żgurata, l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jiżvela dik l-informazzjoni privileġġata lill-pubbliku malajr kemm jista’ jkun.

Dan il-paragrafu jinkludi sitwazzjonijiet fejn għajdut ikun jirrigwarda b’mod espliċitu informazzjoni privileġġata li l-iżvelar tagħha ma jkunx ġie ttardjat skont il-paragrafu 4 jew 5, jew informazzjoni privileġġata relatata ma’ passi intermedji fi proċess imtawwal f’konformità mal-paragrafu 1, meta dak l-għajdut ikun preċiż biżżejjed biex jindika li l-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni ma tkunx aktar żgurata.

Artikolu 17 8.
Meta emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, jew persuna li taġixxi f’ismu jew għall-kont tiegħu, jiżvela xi informazzjoni privileġġata lil parti terza matul l-eżerċizzju normali ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), dan għandu jagħmel żvelar pubbliku totali u effettiv ta’ dik l-informazzjoni, simultanjament fil-każ ta’ żvelar intenzjonali, u fil-pront fil-każ ta’ żvelar mhux intenzjonali. Dan il-paragrafu m’għandux japplika jekk il-persuna li tirċievi l-informazzjoni għandha d-dmir ta’ kunfidenzjalità, irrispettivament minn jekk dan id-dmir huwiex ibbażat fil-liġi, regolamenti, artikoli ta’ assoċjazzjoni, jew kuntratt.
Artikolu 17 9.
Informazzjoni privileġġata dwar emittenti, li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq ta’ tkabbir tal-SMEs, tista’ tiġi mqiegħda fuq il-websajt tal-post tan-negozjar minflok fuq il-websajt tal-emittent meta l-post tan-negozjar jagħżel li jipprovdi din il-faċilità għall-emittenti f’dak is-suq.
Artikolu 17 10.

Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiddeterminaw:

(a) 

il-mezzi tekniċi għal żvelar pubbliku xieraq ta’ informazzjoni privileġġata kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2, 8 u 9; u

(b) 

il-mezzi tekniċi biex jiġi ttardjat l-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata kif imsemmi fil-paragrafi 4 and 5.

L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 17 11.
L-ESMA għandha toħroġ linji gwida sabiex tistabbilixxi lista indikattiva mhux eżawrjenti tal-interessi leġittimi tal-emittenti, kif imsemmi fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a).
Artikolu 17 12.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat biex tistabbilixxi u tirrieżamina, fejn meħtieġ, lista mhux eżawrjenti ta’ dan li ġej:

(a) 

avvenimenti finali jew ċirkostanzi finali fi proċessi mtawla u, għal kull avveniment jew ċirkostanza, il-mument meta jitqies li seħħ u għandhom jiġu żvelati skont il-paragrafu 1;

(b) 

sitwazzjonijiet fejn l-informazzjoni privileġġata li l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet biħsiebu jittardja tkun f’kuntrast mal-aħħar avviż pubbliku jew tip ieħor ta’ komunikazzjoni mill-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet dwar l-istess kwistjoni li għaliha tirreferi l-informazzjoni privileġġata, kif imsemmi fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.