|
+Artikolu 17 4. |
Artikolu 17 4.Emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet jista’, taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu, jittardja l-iżvelar lill-pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-iżvelar immedjat x’aktarx jippreġudika l-interessi leġittimi tal-emittent jew tal-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet;
(b)
l-informazzjoni privileġġata li l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet biħsiebu jittardja ma tkunx f’kuntrast mal-aħħar avviż pubbliku jew tip ieħor ta’ komunikazzjoni mill-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet dwar l-istess kwistjoni li għaliha tirreferi l-informazzjoni privileġġata;
(c)
l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet ikun jista’ jiżgura l-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni. Jekk emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet ikun ittardja l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata skont dan il-paragrafu, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 li l-iżvelar tal-informazzjoni kien ittardjat u għandu jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub dwar kif ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati f’dan il-paragrafu, immedjatament wara li l-informazzjoni tiġi żvelata lill-pubbliku. Alternattivament, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li rekord ta’ tali spjegazzjoni jista’ jiġi ppreżentat biss fuq talba tal-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3. B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, emittent li l-istrumenti finanzjarji tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ biss f’suq ta’ tkabbir tal-SMEs, għandu jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti speċifikata skont il-paragrafu 3 biss fuq talba. Sakemm l-emittent ikun jista’ jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu għal dewmien, l-emittent m’għandux ikun mitlub iżomm rekord ta’ dik l-ispjegazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|