+Artikolu 9 Metodu ta’ notifika u divulgazzjoni
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
|
Artikolu 9 Metodu ta’ notifika u divulgazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Kwalunkwe notifika jew divulgazzjoni skont l-Artikoli 5, 6, 7 jew 8 għandu jistabilixxi dettalji tal-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-pożizzjoni rilevanti, id-daqs tal-pożizzjoni rilevanti, l-emittent fir-rigward ta’ liema pożizzjoni rilevanti tkun miżmuma u d-data li fiha tkun inħolqot, inbidlet jew ma baqgħetx tinżamm il-pożizzjoni rilevanti. Għall-finijiet tal-Artikoli 5, 6, 7 jew 8, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għandhom pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti għandhom iżommu, għal perijodu ta’ ħames snin, ir-rekords tal-pożizzjonijiet grossi li jagħmlu pożizzjoni bin-nieqes netta sinifikanti.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Il-ħin rilevanti għall-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes netta għandu jkun nofsillejl fi tmiem il-jum ta’ negozju li fih il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha l-pożizzjoni rilevanti. Dak il-ħin għandu japplika għat-tranżazzjonijiet kollha irrispettivament mill-mezzi ta’ negozjar użati, inklużi tranżazzjonijiet eżegwiti permezz ta’ negozjar jew manwali jew awtomatizzat, u irrispettivament minn jekk it-tranżazzjonijiet ikunux seħħew matul is-sigħat normali tan-negozjar. In-notifika jew id-divulgazzjoni ma għandhomx isiru aktar tard mit-15:30 fil-jum ta’ negozju li jkun imiss. Il-ħinijiet speċifikati f’dan il-paragrafu għandhom jiġu kkalkulati skont il-ħin fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti rilevanti li lilha trid tiġi nnotifikata l-pożizzjoni rilevanti.
|
|
Artikolu 9 3.
|
In-notifika ta’ informazzjoni lil awtorità kompetenti rilevanti tiżgura l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tinkorpora mekkaniżmi biex jiġi awtentikat is-sors tan-notifika.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Id-divulgazzjoni pubblika ta’ informazzjoni stipulata fl-Artikolu 6 għandha ssir b’mod li tiżgura aċċess mgħaġġel għall-informazzjoni fuq bażi mhux diskriminatorja. Dik l-informazzjoni għandha titqiegħed fuq sit tal-Internet ċentrali operat jew sorveljat mill-awtorità kompetenti rilevanti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-indirizz ta’ dak is-sit tal-Internet lill-AETS, li, imbagħad, għandha tpoġġi l-link għas-siti tal-Internet ċentrali bħal dawn fuq is-sit tal-Internet tagħha stess.
|
|
Artikolu 9 5.
|
Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti tal-paragrafu 1, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tingħata għall-finijiet tal-paragrafu 1. L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012. Is-setgħat huma ddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 9 6.
|
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-paragrafu 4, l-AETS tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-mezzi li bihom l-informazzjoni tkun tista’ tiġi ddivulgata lill-pubbliku. L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012. Is-setgħat huma mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|