Artikolu 8
Notifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar pożizzjonijiet skoperti fi swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu sovran
Meta awtorità kompetenti tissospendi restrizzjonijiet f’konformita’ mal-Artikolu 14(2), persuna fiżika jew ġuridika li jkollha pożizzjoni mhux koperta fi swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu sovran għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti relevanti meta tali pożizzjoni tilħaq jew taqa’ taħt il-livelli limiti relevanti għan-notifika għall-emittent sovran, kif speċifikat skont it-termini tal-Artikolu 7.