+Artikolu 11 Informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-AETS
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.

Artikolu 11 Informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-AETS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu informazzjoni f’forma sommarja lill-AETS fuq bażi trimestrali dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti lil għandhom x’jaqsmu mal-kapital azzjonarju maħruġ jew ta’ dejn sovran maħruġ, u pożizzjonijiet skoperti li jkollhom x’jaqsmu ma’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditusovran, li għalihom tkun l-awtorità kompetenti rilevanti u li tirċievi notifiki skont Artikoli 5, 7 u 8.
Artikolu 11 2.
L-AETS tista’ titlob fi kwalunkwe waqt, sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, fi kwalunkwe ħin, informazzjoni addizzjonali minn awtorità kompetenti rilevanti dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti li jkollhom x’jaqsmu mal-kapital azzjonarju maħruġ u ta’ dejn sovran maħruġ, jew pożizzjonijiet skoperti li jkollhom x’jaqsmu ma’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran.

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-AETS mhux iżjed tard minn sebat ijiem kalendarji. Fejn ikun hemm inċidenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-swieq fl-Istat Membru konċernat jew fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tipprovdi lill-AETS kull tagħrif disponibbli msejjes fuq ir-rekwiżiti ta’ notifika skont it-termini tal-Artikoli 5, 7 u 8 fi żmien 24 siegħa.

Artikolu 11 3.
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafi 1 u 2.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.

Is-setgħat huma ddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 11 4.
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentatorji li jiddefinixxu l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafi 1 u 2.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.

Is-setgħat huma mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.