+Artikolu 13 Restrizzjonijiet fuq bejgħ bin-nieqes skoperti ta’ dejn sovran
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.

Artikolu 13 Restrizzjonijiet fuq bejgħ bin-nieqes skoperti ta’ dejn sovran

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.

Persuna fiżika jew ġuridika tista’ tidħol biss f’bejgħ bin-nieqes ta’ dejn sovran fejn waħda mill-kundizzjonijiet segwenti tkun sodisfatta:

(a) 

il-persuna fiżika jew ġuridika tkun isselfet id-dejn sovran; jew għamlet dispożizzjonijiet alternattivi li rriżultaw f’effett legali simili;

(b) 

il-persuna fiżika jew ġuridika tkun daħlet fi ftehim biex tissellef dejn sovran jew ikollha talba oħra assolutament infurzata b’kuntratt jew b’liġi dwar il-proprjetà biex tiġi trasferita s-sjieda ta’ għadd korrispondenti ta’ titoli tal-istess klassi sabiex ikun jista’ jsir saldu meta jkun dovut; jew

(c) 

il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha arranġament ma’ parti terza li permezz tiegħu dik il-parti terza tkun ikkonfermat li d-dejn sovran ikun ġie identifikat jew inkella jkollha aspettattiva raġonevoli li s-saldu jkunu jista’ jsir meta dan ikun dovut.

Artikolu 13 2.
Ir-restrizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma japplikawx jekk it-tranżazzjoni sservi biex tiħħeġġja pożizzjoni twila fl-istrumenti ta’ dejn ta’ emittent, li l-prezz tagħha jkollha korrelazzjoni għolja mal-prezz tad-dejn sovran partikolari.
Artikolu 13 3.
Fejn il-likwidità tad-dejn sovran taqa’ taħt il-limitu stabbilit skont il-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 4, ir-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu temporanjament sospiżi mill-awtorità kompetenti rilevanti. Qabel ma jiġu sospiżi dawk ir-restrizzjonijiet, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-AETS u l-awtoritajiet kompetenti oħra bis-sospensjoni proposta.

Sospensjoni għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fis-sit tal-Internet tal-awtorità kompetenti rilevanti. Is-sospensjoni tista’ tiġġedded għal perijodi ta’ mhux aktar minn sitt xhur jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu japplikaw. Jekk is-sospensjoni ma tiġġeddidx sal-aħħar tal-perijodu inizjali jew ta’ kwalunkwe perijodu ta’ tiġdid sussegwenti, din għandha tiskadi awtomatikament.

L-AETS, fi żmien 24 siegħa minnnotifika mill-awtorità kompetenti rilevanti, għandha toħroġ opinjoni bbażata fuq il-paragrafu 4 dwar s-sospensjoni nnotifikata jew tiġdid ta’ sospensjoni. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Internet tal-AETS.

Artikolu 13 4.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 42 u tispeċifika l-parametri u l-metodi biex jiġi kkalkolat il-limitu ta’ likwidità msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tad-dejn sovran maħruġ.

Il-parametri u l-metodi biex l-Istati Membri jikkalkulaw il-limitu għandhom jiġu stabbiliti b’tali mod li meta jintlaħaq, dan jirrappreżenta tnaqqis sinifikanti meta mqabbel mal-livell medju tal-likwidità għad-dejn sovran ikkonċernat.

Il-limitu għandu jiġi definit abbażi ta’ kriterji oġġettivi speċifiċi għas-suq tad-dejn sovran rilevanti, inkluż l-ammont totali ta’ dejn sovran maħruġ pendenti għal kull emittent sovran.

Artikolu 13 5.
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu ddeterminati t-tipi ta’ ftehimiet jew arranġamenti li jiżguraw adegwatement li l-istrument ta’ dejn sovran ser ikun disponibbli għas-saldu. L-AETS għandha, b’mod partikolari, tqis il-bżonn li tiġi ppreservata l-likwidità tas-swieq, speċjalment is-s-swieq tal-bonds sovrani u tar-riakkwist tal-bonds sovrani

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.

Is-setgħat huma mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.