|
+Artikolu 13 1. |
Artikolu 13 1.Persuna fiżika jew ġuridika tista’ tidħol biss f’bejgħ bin-nieqes ta’ dejn sovran fejn waħda mill-kundizzjonijiet segwenti tkun sodisfatta:
(a)
il-persuna fiżika jew ġuridika tkun isselfet id-dejn sovran; jew għamlet dispożizzjonijiet alternattivi li rriżultaw f’effett legali simili;
(b)
il-persuna fiżika jew ġuridika tkun daħlet fi ftehim biex tissellef dejn sovran jew ikollha talba oħra assolutament infurzata b’kuntratt jew b’liġi dwar il-proprjetà biex tiġi trasferita s-sjieda ta’ għadd korrispondenti ta’ titoli tal-istess klassi sabiex ikun jista’ jsir saldu meta jkun dovut; jew
(c)
il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha arranġament ma’ parti terza li permezz tiegħu dik il-parti terza tkun ikkonfermat li d-dejn sovran ikun ġie identifikat jew inkella jkollha aspettattiva raġonevoli li s-saldu jkunu jista’ jsir meta dan ikun dovut. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|