+Artikolu 17 Eżenzjoni għall-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq u operazzjonijiet tas-suq primarju
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 8.
---+Artikolu 17 9.
---+Artikolu 17 10.
---+Artikolu 17 11.
---+Artikolu 17 12.
---+Artikolu 17 13.
---+Artikolu 17 14.
|
Artikolu 17 Eżenzjoni għall-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq u operazzjonijiet tas-suq primarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
L-Artikoli 5, 6, 7, 12, 13 u 14 ma għandhomx japplikaw għat-tranżazzjonijiet imwettqa minħabba l-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2), biex tiddetermina li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li suq awtorizzat f’dak il-pajjiż terz jikkonforma ma’ rekwiżiti vinkolanti li jkunu, għall-fini tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni skont il-paragrafu 1, ekwivalenti għar-rekwiżiti skont it-Titolu III tad-Direttiva 2004/39/KE, skont id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (
5
) u mid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (
6
), u li jkunu suġġetti għal superviżjoni u infurzar effikaċi f’dak il-pajjiż terz. Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jista’ jitqies ekwivalenti meta f’dak il-pajjiż terz:
(a)
is-swieq ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u infurzar effikaċi fuq bażi kontinwa;
(b)
is-swieq ikollhom regoli ċari u trasparenti fir-rigward ta’ ammissjoni ta’ titoli għan-negozjar sabiex dawn it-titoli jkunu kapaċi li jiġu nnegozjati b’mod ġust, ordinat u effiċjenti, u jkunu negozjabbli liberament;
(c)
l-emittenti ta’ titoli jkunu suġġetti għal rekwiżiti ta’ informazzjoni perjodika u kontinwa sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-investitur; u
(d)
it-trasparenza u l-integrità fis-suq huma żgurati billi ssir prevenzjoni tal-abbuż tas-suq fil-forma insider dealing u manipulazzjoni tas-suq.
|
|
Artikolu 17 3.
|
L-Artikoli 7, 13 u 14 ma għandhomx japplikaw għal persuna fiżika jew ġuridika meta, fejn tkun qed taġixxi bħala negozjant primarju awtorizzat skont ftehim ma’ emittent ta’ dejn sovran, tkun qed tinnegozja bħala prinċipal fi strument finanzjarju inkonnessjoni ma’ operazzjonijiet tas-suq primarju jew sekondarju relatati mad-dejn sovran.
|
|
Artikolu 17 4.
|
L-Artikoli 5, 6, 12, 13 u 14 ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal persuna fiżika jew ġuridika meta tidħol f’bejgħa bin-nieqes ta’ titolu jew ikolla pożizzjoni bin-nieqes netta relatata mat-twettiq ta’ stabilizzazzjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eżenzjonijiet għall-programmi tax-xiri lura u l-istabbilizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji (
7
).
|
|
Artikolu 17 5.
|
L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss fejn il-persuna fiżika jew ġuridika konċernata tkun l-ewwel innotifikat bil-miktub lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, li jkollha l-intenzjoni li tagħmel użu mill-eżenzjoni. In-notifika għandha ssir mhux iżjed tard minn 30 jum kalendarju qabel ma l-persuna fiżika jew ġuridika jkollha l-ewwel intenzjoni li tuża l-eżenzjoni.
|
|
Artikolu 17 6.
|
L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tapplika biss fejn in-negozjant primarju awtorizzat ikun l-ewwel innotifika bil-miktub lill-awtorità kompetenti rilevanti rigward id-debitu sovran ikkonċernat, li biħsiebu jagħmel użu mill-eżenzjoni. In-notifika għandha ssir mhux iżjed tard minn 30 jum kalendarju qabel ma l-persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi bħala negozjant primarju jkollha l-ewwel ħsieb li tuża l-eżenzjoni.
|
|
Artikolu 17 7.
|
L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafi 5 u 6 tista’ tipprojbixxi l-użu tal-eżenzjoni jekk tqis li l-persuna fiżika jew ġuridika ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni. Kwalunkwe projbizzjoni għandha tiġi imposta fi żmien it-30 jum kalendarju msemmi fil-paragrafi 5 u 6 jew sussegwentement jekk l-awtorità kompetenti ssir konxja li kien hemm bidliet fiċ-ċirkostanzi tal-persuna fiżika jew ġuridika b’mod li ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni.
|
|
Artikolu 17 8.
|
Entità ta’ pajjiż terz li ma tkunx awtorizzata fl-Unjoni għandha tibgħat in-notifika msemmija fil-paragrafi 5 u 6 lill-awtorità kompetenti taċ-ċentru prinċipali tan-negozjar fl-Unjoni li fih tinnegozja.
|
|
Artikolu 17 9.
|
Persuna fiżika jew ġuridika li tkun tat notifika skont il-paragrafu 5 għandha mill-aktar fis possibbli tinnotifika bil-miktub lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha fejn ikun hemm xi bidliet li jaffettwaw l-eliġibilità ta’ dik il-persuna li tuża l-eżenzjoni, jew jekk ma għadhiex tixtieq tagħmel użu mill-eżenzjoni.
|
|
Artikolu 17 10.
|
Persuna fiżika jew ġuridika li tkun tat notifika skont il-paragrafu 6 għandha tinnotifika bil-miktub lill-awtorità kompetenti rilevanti mill-aktar fis possibbli rigward id-debitu sovran ikkonċernat fejn ikun hemm xi bidliet li jaffettwaw l-eliġibilità ta’ dik il-persuna li tuża l-eżenzjoni, jew jekk ma għadhiex tixtieq tagħmel użu mill-eżenzjoni.
|
|
Artikolu 17 11.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tista’ titlob informazzjoni, bil-miktub, minn persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed topera taħt l-eżenzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1, 3 jew 4 dwar il-pussess ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes jew attivitajiet imwettqa skont l-eżenzjoni. Il-persuna fiżika jew ġuridika għandha tipprovdi l-informazzjoni mhux aktar tard minn erbat ijiem kalendarji wara li tkun saret it-talba.
|
|
Artikolu 17 12.
|
Awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-AETS fi żmien ġimagħtejn min-notifika skont il-paragrafu 5 jew 9 bi kwalunkwe ġeneratur tas-suq u b’konformità mal-paragrafu 6 jew 10 bi kwalunkwe negozjant primarju awtorizzat li jkun qed jagħmel użu mill-eżenzjoni u bi kwalunkwe ġeneratur tas-suq u negozjant primarju awtorizzat li ma baqgħux jagħmlu użu mill-eżenzjoni.
|
|
Artikolu 17 13.
|
L-AETS għandha tippubblika u taġġorna fuq is-sit tal-Internet tagħha lista ta’ ġeneraturi tas-suq u negozjanti primarji awtorizzati li jkunu qed jużaw l-eżenzjoni u għandha żżomm is-sit tal-Internet imsemmi aġġornat.
|
|
Artikolu 17 14.
|
Notifika taħt dan l-Artikolu tista’ ssir minn persuna lil awtorità kompetenti u minn awtorità kompetenti lill-AETS fi kwalunkwe ħin fi żmien 60 jum kalendarju qabel l-1 ta’ Novembru 2012.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|