|
+Artikolu 17 2. |
Artikolu 17 2.Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2), biex tiddetermina li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li suq awtorizzat f’dak il-pajjiż terz jikkonforma ma’ rekwiżiti vinkolanti li jkunu, għall-fini tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni skont il-paragrafu 1, ekwivalenti għar-rekwiżiti skont it-Titolu III tad-Direttiva 2004/39/KE, skont id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (
5
) u mid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (
6
), u li jkunu suġġetti għal superviżjoni u infurzar effikaċi f’dak il-pajjiż terz. Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jista’ jitqies ekwivalenti meta f’dak il-pajjiż terz:
(a)
is-swieq ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u infurzar effikaċi fuq bażi kontinwa;
(b)
is-swieq ikollhom regoli ċari u trasparenti fir-rigward ta’ ammissjoni ta’ titoli għan-negozjar sabiex dawn it-titoli jkunu kapaċi li jiġu nnegozjati b’mod ġust, ordinat u effiċjenti, u jkunu negozjabbli liberament;
(c)
l-emittenti ta’ titoli jkunu suġġetti għal rekwiżiti ta’ informazzjoni perjodika u kontinwa sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-investitur; u
(d)
it-trasparenza u l-integrità fis-suq huma żgurati billi ssir prevenzjoni tal-abbuż tas-suq fil-forma insider dealing u manipulazzjoni tas-suq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|