Artikolu 24
Perijodu ta’ restrizzjonijiet
Kwalunkwe miżura imposta skont l-Artikoli 18, 19, 20 jew 21 għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Artikolu 25.
Il-miżura tista’ tiġġedded għal aktar perijodi ta’ mhux aktar minn tliet xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għat-teħid tal-miżura jkomplu japplikaw. Jekk il-miżura ma tiġġeddidx sal-aħħar ta’ tali perijodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi awtomatikament.