+Artikolu 23 Setgħa li tirrestrinġi il-bejgħ bin-nieqes ta’ strumenti finanzjarji temporanjament fil-każ ta’ waqgħa sinifikanti fil-prezz
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.
---+Artikolu 23 8.

Artikolu 23 Setgħa li tirrestrinġi il-bejgħ bin-nieqes ta’ strumenti finanzjarji temporanjament fil-każ ta’ waqgħa sinifikanti fil-prezz

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.
Fejn il-prezz ta’ strument finanzjarju dwar iċ-ċentru tan-negozjar ikun waqa’ b’mod sinifikanti matul jum wieħed ta’ negozjar b’relazzjoni mal-prezz tal-għeluq imsemmi f’dak iċ-ċentru fil-jum preċedenti ta’ negozju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għal dak iċ-ċentru għandha tqis jekk ikunx xieraq li tipprojbixxi jew tirrestrinġi persuni fiżiċi jew ġuridiċi milli jidħlu f’bejgħ bin-nieqes tal-istrumenti finanzjarji f’dak iċ-ċentru tan-negozjar jew inkella jillimitaw it-tranżazzjonijiet f’dak l-istrument finanzjarju f’dak iċ-ċentru tan-negozjar sabiex jiġi pprevenut tnaqqis diżordinat fil-prezz tal-istrument finanzjarju.

Fejn l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta skont l-ewwel subparagrafu li jkun xieraq li tagħmel hekk, hi għandha, fil-każ ta’ sehem jew strument ta’ dejn tipprojbixxi jew tirrestrinġi persuni fiżiċi jew ġuridiċi milli jidħlu f’bejgħa bin-nieqes f’dak iċ-ċentru tan-negozjar jew, fil-każ ta’ tip ieħor ta’ strumenti finanzjarji, jillimitaw it-tranżazzjonijiet f’dak l-istrument finanzjarju f’dak iċ-ċentru tan-negozjar sabiex ikun hemm prevenżjoni ta’ tnaqqis diżordinat fil-prezz tal-istrumenti finanzjarji.

Artikolu 23 2.
Il-miżura skont il-paragrafu 1 għandha tapplika għal perijodu li ma jaqbiżx it-tmiem tal-jum ta’ negozjar wara l-jum ta’ negozjar li fih isseħħ il-waqgħa fil-prezz. Jekk fi tmiem tal-jum ta’ negozjar wara l-jum ta’ negozjar li fih isseħħ il-waqgħa fil-prezz. ikun hemm, minkejja l-miżura li qed tiġi imposta, waqgħa sinifikattiva oħra fil-valur, tal-inqas, ta’ nofs l-ammont speċifikat fil-paragrafu 5 tal-istrument finanzjarju mill-prezz tal-għeluq tal-ewwel jum ta’ negozju, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-miżura għal perijodu ulterhuri li ma jaqbiżx jumejn ta’ negozjar wara t-tmiem tat-tieni jum ta’ negozju.
Artikolu 23 3.
Il-miżura taħt il-paragrafu 1 għandha tapplika f’ċirkostanzi jew tkun suġġetta għal eċċezzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti. Eċċezzjonijiet jistgħu partikolarment ikunu speċifikati biex japplikaw għall-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq u l-attivitajiet tas-suq primarju.
Artikolu 23 4.
Awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ ċentru fejn strument finanzjarju jkun niżel waqt jum wieħed ta’ negozjar bil-valur imsemmi fil-paragrafu 5 għandha tinnotifika lill-AETS dwar id-deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 1 l-aktar tard sagħtejn wara t-tmiem tal-jum ta’ negozjar. L-AETS għandha immedjatament tinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-Istati Membri ta’ domiċilju li jinnegozjaw l-istess strument finanzjarju.

Jekk awtorità kompetenti ma tkunx taqbel ma’ azzjoni meħuda minn awtorità kompetenti oħra dwar strument finanzjarju negozjat f’ċentri differenti regolati minn atoritajiet kompetenti differenti, l-AETS tista’ tassisti lil dawk l-awtoritajiet biex jilħqu ftehim bi qbil mal-Artikolu 19 ta’ Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Il-konċiljazzjoni għandha tiġi kkompletata qabel nofsillejl fi tmiem tal-istess jum ta’ negozjar. Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim fi żmien il-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-AETS tista’ tieħu deċiżjoni b’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Id-deċiżjoni għandha tittieħed qabel il-ftuħ tal-jum ta’ negozjar li jmiss.

Artikolu 23 5.
Il-waqgħa fil-valur għandha tkun ta’ 10 % jew aktar fil-każ ta’ sehem likwidu, kif definit fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1287/2006, u għall-ishma mhux likwidi u għall-klassijiet l-oħra tal-istrumenti finanzjarji tkun ta’ ammont speċifikat mill-Kummissjoni.
Artikolu 23 6.
L-AETS tista’ toħroġ u tibgħat lill-Kummissjoni opinjoni dwar l-aġġustament tal-limiti minimi msemmija fil-paragrafu 5, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 biex timmodifika l-limiti minimi msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

Artikolu 23 7.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 u tispeċifika dak li jikkostitwixxi waqgħa sinifikattiva fil-valur għall-istrumenti finanzjarji għajr ishma likwidi, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet ta’ kull klassi ta’ strumenti finanzjarji u d-differenzi fil-volatilità.
Artikolu 23 8.
Sabiex tkun żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu ta’ kalkolu tal-waqgħa ta’ 10 % għall-ishma likwidi u tal-waqgħa fil-valur speċifikat mill-Kummissjoni kif imsemmi fil-paragrafu 7.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.