+Artikolu 38 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
|
Artikolu 38 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn possibbli, jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi, l-infurzar ta’ obbligi li jirriżultaw skont dan ir-Regolament f’pajjiżi terzi u t-teħid ta’ miżuri simili fil-pajjiżi terzi mill-awtoritajiet superviżorji tagħhom sabiex tikkumplimenta miżuri meħuda skont il-Kapitolu V. Dawn l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jiżguraw skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jeżerċitaw dmirijiethom skont dan ir-Regolament. Awtorità kompetenti għandha tinforma lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra meta tipproponi li tidħol f’dan il-ftehim.
|
|
Artikolu 38 2.
|
L-arranġament ta’ kooperazzjoni għandu jkun fih dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta’ dejta u l-informazzjoni meħtieġa għall-awtorità kompetenti rilevanti sabiex ikun hemm konformità mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 16(2).
|
|
Artikolu 38 3.
|
L-AETS għandha tikkoordina l-iżvilupp ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi. Għal dak il-għan, l-AETS għandha tħejji mudell ta’ dokumenti għal arranġamenti ta’ kooperazzjoni li jista’ jintuża mill-awtoritajiet kompetenti. L-AETS għandha tikkoordina wkoll l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ informazzjoni miksuba minn awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi li jista’ jkun rilevanti għat-teħid ta’ miżuri skont il-Kapitolu V.
|
|
Artikolu 38 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi biss meta l-informazzjoni ddivulgata tiġi suġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 34. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun intenzjonat biss għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|