|
+Artikolu 2 2. |
Artikolu 2 2.Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
(a)
bank ċentrali;
(b)
awtorità pubblika, meta tikkontribwixxi data lil, tipprovdi, jew ikollha kontroll fuq il-forniment ta,' parametri referenzjarji għal finijiet ta' politika pubblika, inklużi miżuri ta' impjieg, attività ekonomika, u inflazzjoni;
(c)
kontroparti ċentrali (CCP), fejn tipprovdi prezzijiet ta' referenza jew prezzijiet tas-saldu li jintużaw għal skopijiet ta' ġestjoni tar-riskju tas-CCP u tas-saldu;
(d)
l-forniment ta' prezz ta' referenza uniku għal kwalunkwe strument finanzjarju elenkat fit-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE;
(e)
l-istampa, midja oħra u l-ġurnalisti meta dawn sempliċement jippubblikaw jew jirreferu għal xi parametru referenzjarju bħala parti mill-attivitajiet ġurnalistiċi tagħhom mingħajr ebda kontroll fuq il-forniment ta' dak il-parametru referenzjarju;
(f)
persuna fiżika jew ġuridika li tagħti jew twiegħed li tagħti kreditu bħala parti mill-kummerċ, negozju jew professjoni ta' dik il-persuna, biss sa fejn dik il-persuna tippubblika jew tagħmel disponibbli għall-pubbliku r-rati ta' dik il-persuna tal-imgħax fuq self, fissi jew varjabbli, stabbilit permezz ta' deċiżjonijiet interni u applikabbli biss għal kuntratti finanzjarji ffirmati minn dik il-persuna jew kumpannija fl-istess grupp mal-klijenti rispettivi tagħhom;
(g)
parametru referenzjarju tal-komoditajiet ibbażat fuq sottomissjonijiet minn kontributuri li l-maġġoranza tagħhom huma entitajiet mhux taħt superviżjoni u li fir-rigward tagħhom il-valur nozzjonali medju totali tal-istrumenti finanzjarji li jagħmlu referenza għall-parametru referenzjarju ma jaqbiżx il-EUR 200 miljun fuq perjodu ta’ 12-il xahar;
(h)
fornitur tal-indiċi fir-rigward ta' indiċi fornut minnu meta dak il-fornitur tal-indiċi ma jkunx konxju u ma setax b'mod raġonevoli jkun konxju li dak l-indiċi qed jintuża għall-finijiet imsemmija fil-punt (3) tal-Artikolu 3(1);
(i)
parametru referenzjarju tal-kambju spot li jkun ġie ffissat mill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 18a(1). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|