+Artikolu 2 Kamp ta' Applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 1a.
---+Artikolu 2 1b.
---+Artikolu 2 1c.
---+Artikolu 2 2.
|
Artikolu 2 Kamp ta' Applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Dan ir-Regolament japplika għall-forniment ta' parametri referenzjarji, il-kontribuzzjoni ta' data tal-input għal parametru referenzjarju u l-użu ta' parametru referenzjarju fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 2 1a.
|
It-Titoli II, III, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 23a, 23b u 23c, IV, V u VI japplikaw biss fir-rigward ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, parametri referenzjarji sinifikanti, Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi.
|
|
Artikolu 2 1b.
|
B’deroga mill-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 13(1), il-punt (d), u l-Artikolu 27(2aa) japplikaw għall-parametri referenzjarji kollha użati fl-Unjoni pprovduti minn amministraturi li:
(a)
huma inklużi fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36; jew
(b)
jappartjenu għal grupp b’mill-inqas amministratur wieħed inkluż fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36.
|
|
Artikolu 2 1c.
|
B’deroga mill-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 19 japplika għal kwalunkwe parametru referenzjarju tal-komoditajiet ibbażat fuq data tal-input ikkontribwita, sakemm ma tiġix issodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikun parametru referenzjarju ta’ data regolata;
(b)
ikun parametru referenzjarju bbażat fuq sottomissjonijiet minn kontributuri li l-maġġoranza tagħhom ikunu entitajiet taħt superviżjoni;
(c)
ikun parametru referenzjarju ta’ importanza kritika u l-assi sottostanti jkunu d-deheb, il-fidda jew il-platinu.
|
|
Artikolu 2 2.
|
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
(b)
awtorità pubblika, meta tikkontribwixxi data lil, tipprovdi, jew ikollha kontroll fuq il-forniment ta,' parametri referenzjarji għal finijiet ta' politika pubblika, inklużi miżuri ta' impjieg, attività ekonomika, u inflazzjoni;
(c)
kontroparti ċentrali (CCP), fejn tipprovdi prezzijiet ta' referenza jew prezzijiet tas-saldu li jintużaw għal skopijiet ta' ġestjoni tar-riskju tas-CCP u tas-saldu;
(d)
l-forniment ta' prezz ta' referenza uniku għal kwalunkwe strument finanzjarju elenkat fit-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE;
(e)
l-istampa, midja oħra u l-ġurnalisti meta dawn sempliċement jippubblikaw jew jirreferu għal xi parametru referenzjarju bħala parti mill-attivitajiet ġurnalistiċi tagħhom mingħajr ebda kontroll fuq il-forniment ta' dak il-parametru referenzjarju;
(f)
persuna fiżika jew ġuridika li tagħti jew twiegħed li tagħti kreditu bħala parti mill-kummerċ, negozju jew professjoni ta' dik il-persuna, biss sa fejn dik il-persuna tippubblika jew tagħmel disponibbli għall-pubbliku r-rati ta' dik il-persuna tal-imgħax fuq self, fissi jew varjabbli, stabbilit permezz ta' deċiżjonijiet interni u applikabbli biss għal kuntratti finanzjarji ffirmati minn dik il-persuna jew kumpannija fl-istess grupp mal-klijenti rispettivi tagħhom;
▼M6
(g)
parametru referenzjarju tal-komoditajiet ibbażat fuq sottomissjonijiet minn kontributuri li l-maġġoranza tagħhom huma entitajiet mhux taħt superviżjoni u li fir-rigward tagħhom il-valur nozzjonali medju totali tal-istrumenti finanzjarji li jagħmlu referenza għall-parametru referenzjarju ma jaqbiżx il-EUR 200 miljun fuq perjodu ta’ 12-il xahar;
▼B
(h)
fornitur tal-indiċi fir-rigward ta' indiċi fornut minnu meta dak il-fornitur tal-indiċi ma jkunx konxju u ma setax b'mod raġonevoli jkun konxju li dak l-indiċi qed jintuża għall-finijiet imsemmija fil-punt (3) tal-Artikolu 3(1);
▼M3
(i)
parametru referenzjarju tal-kambju spot li jkun ġie ffissat mill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 18a(1).
▼B
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|