|
+Artikolu 13 1. |
Artikolu 13 1.Amministratur għandu jiżviluppa, jopera u jamministra l-parametru referenzjarju u l-metodoloġija b'mod trasparenti. Għal dak l-għan, l-amministratur għandu jippubblika jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-elementi ewlenin tal-metodoloġija li l-amministratur juża għal kull wieħed mill-parametri referenzjarji forniti u ppubblikati jew, meta applikabbli, għal kull familja ta' parametri referenzjarji forniti u ppubblikati;
(b)
dettalji dwar ir-rieżami intern u l-approvazzjoni ta' metodoloġija partikolari, kif ukoll il-frekwenza ta' tali rieżami;
(c)
il-proċeduri għall-konsultazzjoni dwar kwalunkwe bidla materjali proposta fil-metodoloġija tal-amministratur u r-raġunament għal tali bidliet, inkluża definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi bidla materjali u ċ-ċirkostanzi li fihom meta jkun jrid jinnotifika lill-utenti bi kwalunkwe tali bidla;
(d)
meta parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji tinkludi fid-dokumentazzjoni legali jew tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom kwalunkwe referenza għall-kunsiderazzjoni tal-fatturi ESG, għal kull wieħed minn dawk il-parametri referenzjarji jew familja ta’ parametri referenzjarji, bl-eċċezzjoni tal-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax u tal-kambju, spjegazzjoni ta’ kif l-elementi ewlenin tal-metodoloġija jirriflettu l-fatturi ESG. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|