+Artikolu 13 Trasparenza tal-metodoloġija
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 2a.
---+Artikolu 13 3.

Artikolu 13 Trasparenza tal-metodoloġija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.

Amministratur għandu jiżviluppa, jopera u jamministra l-parametru referenzjarju u l-metodoloġija b'mod trasparenti. Għal dak l-għan, l-amministratur għandu jippubblika jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-elementi ewlenin tal-metodoloġija li l-amministratur juża għal kull wieħed mill-parametri referenzjarji forniti u ppubblikati jew, meta applikabbli, għal kull familja ta' parametri referenzjarji forniti u ppubblikati;

(b) 

dettalji dwar ir-rieżami intern u l-approvazzjoni ta' metodoloġija partikolari, kif ukoll il-frekwenza ta' tali rieżami;

(c) 

il-proċeduri għall-konsultazzjoni dwar kwalunkwe bidla materjali proposta fil-metodoloġija tal-amministratur u r-raġunament għal tali bidliet, inkluża definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi bidla materjali u ċ-ċirkostanzi li fihom meta jkun jrid jinnotifika lill-utenti bi kwalunkwe tali bidla;

▼M6

(d) 

meta parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji tinkludi fid-dokumentazzjoni legali jew tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom kwalunkwe referenza għall-kunsiderazzjoni tal-fatturi ESG, għal kull wieħed minn dawk il-parametri referenzjarji jew familja ta’ parametri referenzjarji, bl-eċċezzjoni tal-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax u tal-kambju, spjegazzjoni ta’ kif l-elementi ewlenin tal-metodoloġija jirriflettu l-fatturi ESG.

Artikolu 13 2.

Il-proċeduri meħtieġa skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għal:

(a) 

avviż bil-quddiem, b'perjodu ta' żmien ċar, li jagħti l-opportunità biex jiġi analizzat l-impatt ta' tali tibdil materjali propost u jsiru kummenti dwaru; u

(b) 

il-kummenti msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, u r-reazzjoni tal-amministratur għal dawk il-kummenti, li isiru aċċessibbli wara kwalunkwe konsultazzjoni, ħlief meta tkun intalbet il-kunfidenzjalità mill-oriġinatur tal-kummenti.

Artikolu 13 2a.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 49 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kontenut minimu tal-ispjegazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll il-format standard li għandu jintuża.
Artikolu 13 3.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn amministratur b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, filwaqt li tiddistingwi bejn it-tipi differenti ta' parametri referenzjarji u setturi kif stipulat f'dan ir-Regolament. L-ESMA għandha tqis il-ħtieġa li jiġu żvelati dawk l-elementi tal-metodoloġija li jipprovdu biżżejjed dettall biex l-utenti jkunu jistgħu jifhmu kif parametru referenzjarju huwa pprovdut u jivvalutaw il-kwalità rappreżentattiva tiegħu, ir-rilevanza tiegħu għal utenti partikolari u l-adegwatezza tiegħu bħala referenza għal strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji u l-prinċipju tal-proporzjonalità. ►M6  ————— ◄

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2017.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.