+Artikolu 24 2.
|
Artikolu 24 2.
Amministratur għandu jinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsab jew, jekk jinsab f’pajjiż terz, lill-ESMA, meta parametru referenzjarju wieħed jew diversi minnhom ta’ dak l-amministratur jilħqu l-limitu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a). Wara li tirċievi dik in-notifika, l-awtorità kompetenti jew l-ESMA, skont il-każ, għandha tippubblika dikjarazzjoni fuq is-sit web tagħha li tiddikjara li dak il-parametru referenzjarju jkun sinifikanti. Amministratur għandu, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab jew, jekk ikun jinsab f’pajjiż terz, fuq it-talba tal-ESMA, jipprovdi lil dik l-awtorità kompetenti jew lill-ESMA, skont il-każ, b’informazzjoni dwar jekk il-limitu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ikunx intlaħaq. Meta awtorità kompetenti jew, fil-każ ta’ amministratur ta’ pajjiż terz, l-ESMA jkollha raġunijiet ċari u dimostrabbli biex tqis li parametru referenzjarju laħaq il-limitu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtorità kompetenti jew l-ESMA tista’ toħroġ avviż dwar dan. Tali avviż għandu jiskatta l-istess obbligi għall-amministratur tal-parametru referenzjarju bħan-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Mill-inqas 10 ijiem tax-xogħol qabel ma toħroġ tali avviż, l-awtorità kompetenti jew l-ESMA, skont il-każ, għandha tinforma lill-amministratur tal-parametru referenzjarju kkonċernat bis-sejbiet tagħha, u tistieden lil dak l-amministratur jissottometti kwalunkwe osservazzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|