+Artikolu 24a Rekwiżiti għall-amministraturi ta’ parametri referenzjarji sinifikanti
---+Artikolu 24a 1.
---+Artikolu 24a 2.
---+Artikolu 24a 3.
---+Artikolu 24a 4.
---+Artikolu 24a 5.
---+Artikolu 24a 6.

Artikolu 24a Rekwiżiti għall-amministraturi ta’ parametri referenzjarji sinifikanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24a 1.

Fi żmien 60 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fl-Artikolu 24(2), l-amministratur ta’ parametru referenzjarju li jissodisfa l-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 24(1), il-punt (a), għandu jfittex awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab. Meta dak l-amministratur ikun jinsab f’pajjiż terz u sakemm il-parametru referenzjarju ma jkunx kopert minn deċiżjoni dwar l-ekwivalenza adottata skont l-Artikolu 30, dak l-amministratur għandu, fi żmien 60 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fl-Artikolu 24(2), ifittex waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

rikonoxximent mal-ESMA skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32;

(b) 

approvazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33, f’liema każ l-amministratur għandu jagħżel amministratur li jagħti l-approvazzjoni fl-Unjoni li jissottometti applikazzjoni lill-ESMA.

Artikolu 24a 2.
Fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-deżinjazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 24(3), l-amministratur tal-parametru referenzjarju, sakemm dak l-amministratur ma jkunx diġà awtorizzat jew irreġistrat, għandu jfittex awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab f’konformità mal-Artikolu 34.
Artikolu 24a 3.

Fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-deżinjazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 24(6), l-amministratur tal-parametru referenzjarju, sakemm il-parametru referenzjarju ma jkunx kopert minn deċiżjoni dwar l-ekwivalenza adottata skont l-Artikolu 30, għandu jfittex waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

rikonoxximent mal-ESMA skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32;

(b) 

approvazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33, f’liema każ l-amministratur għandu jagħżel amministratur li jagħti l-approvazzjoni fl-Unjoni li jissottometti applikazzjoni lill-ESMA.

Artikolu 24a 4.
Fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-deżinjazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 24(7), l-amministratur tal-parametru referenzjarju, sakemm dak l-amministratur ma jkunx diġà awtorizzat jew irreġistrat, għandu jfittex awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti deżinjanti f’konformità mal-Artikolu 34.
Artikolu 24a 5.
L-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu użu mis-setgħat superviżorji u ta’ sanzjoni li huma fdati lilhom skont dan ir-Regolament biex jiżguraw li l-amministraturi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom.
Artikolu 24a 6.

L-awtorità kompetenti jew l-ESMA, kif applikabbli, għandha toħroġ avviż pubbliku li jiddikjara li parametru referenzjarju sinifikanti pprovdut minn amministratur ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, u li l-utenti għandhom joqogħdu lura milli jużaw dak il-parametru referenzjarju, meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

fi żmien 60 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fl-Artikolu 24(2), tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(3) jew id-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(6), l-amministratur ikkonċernat ma jkunx beda proċeduri biex jikkonforma mal-paragrafu 1, 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu, rispettivament;

(b) 

il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, reġistrazzjoni, rikonoxximent jew approvazzjoni jkunu fallew;

(c) 

l-ESMA tkun irtirat ir-reġistrazzjoni tal-amministratur ikkonċernat f’konformità mal-Artikolu 31;

(d) 

l-ESMA tkun irtirat jew issospendiet ir-rikonoxximent tal-amministratur ikkonċernat f’konformità mal-Artikolu 32(8);

(e) 

l-approvazzjoni tal-amministratur ikkonċernat tkun waqfet f’konformità mal-Artikolu 33(6);

(f) 

l-awtorità kompetenti tkun irtirat jew issospendiet l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tal-amministratur ikkonċernat f’konformità mal-Artikolu 35.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bl-avviżi pubbliċi kollha maħruġa mingħajr dewmien żejjed. L-ESMA għandha tippubblika l-avviżi pubbliċi kollha maħruġa fuq is-sit web tagħha. L-ESMA u l-awtorità kompetenti għandhom ineħħu l-avviż pubbliku mingħajr dewmien żejjed malli r-raġuni li għaliha jkun inħareġ ma tibqax valida.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.