|
+Artikolu 24a 6. |
Artikolu 24a 6.L-awtorità kompetenti jew l-ESMA, kif applikabbli, għandha toħroġ avviż pubbliku li jiddikjara li parametru referenzjarju sinifikanti pprovdut minn amministratur ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, u li l-utenti għandhom joqogħdu lura milli jużaw dak il-parametru referenzjarju, meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
fi żmien 60 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fl-Artikolu 24(2), tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(3) jew id-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(6), l-amministratur ikkonċernat ma jkunx beda proċeduri biex jikkonforma mal-paragrafu 1, 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu, rispettivament;
(b)
il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, reġistrazzjoni, rikonoxximent jew approvazzjoni jkunu fallew;
(c)
l-ESMA tkun irtirat ir-reġistrazzjoni tal-amministratur ikkonċernat f’konformità mal-Artikolu 31;
(d)
l-ESMA tkun irtirat jew issospendiet ir-rikonoxximent tal-amministratur ikkonċernat f’konformità mal-Artikolu 32(8);
(e)
l-approvazzjoni tal-amministratur ikkonċernat tkun waqfet f’konformità mal-Artikolu 33(6);
(f)
l-awtorità kompetenti tkun irtirat jew issospendiet l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tal-amministratur ikkonċernat f’konformità mal-Artikolu 35. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bl-avviżi pubbliċi kollha maħruġa mingħajr dewmien żejjed. L-ESMA għandha tippubblika l-avviżi pubbliċi kollha maħruġa fuq is-sit web tagħha. L-ESMA u l-awtorità kompetenti għandhom ineħħu l-avviż pubbliku mingħajr dewmien żejjed malli r-raġuni li għaliha jkun inħareġ ma tibqax valida. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|