+Artikolu 25 Eżenzjonijiet minn rekwiżiti speċifiċi għal parametri referenzjarji sinifikanti
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.
---+Artikolu 25 7.
---+Artikolu 25 8.
---+Artikolu 25 9.
---+Artikolu 25 10.
|
Artikolu 25 Eżenzjonijiet minn rekwiżiti speċifiċi għal parametri referenzjarji sinifikanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
Amministratur jista' jagħżel li ma japplikax l-Artikolu 4(2), il-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 4(7), il-punt (b) tal-Artikolu 11(3) jew l-Artikolu 15(2) għall-parametri referenzjarji sinifikanti tiegħu meta dak l-amministratur jqis li l-applikazzjoni ta' wieħed jew aktar minn dawk id-dispożizzjonijiet tkun sproporzjonata fid-dawl tan-natura jew l-impatt tal-parametru referenzjarju jew id-daqs tal-amministratur.
|
|
Artikolu 25 2.
|
Fil-każ li l-amministratur jagħżel li ma japplikax rekwiżit wieħed jew aktar mid-dispożizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, għandu immedjatament jinnotifika lill-awtorità kompetenti u jipprovdiha bl-informazzjoni kollha rilevanti li tikkonferma l-valutazzjoni tal-amministratur li l-applikazzjoni ta' wieħed jew aktar minn dawk id-dispożizzjonijiet tkun sproporzjonata fid-dawl tan-natura jew l-impatt tal-parametri referenzjarji jew id-daqs tal-amministratur.
|
|
Artikolu 25 3.
|
Awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li l-amministratur ta' parametru referenzjarju sinifikanti madankollu japplika rekwiżit wieħed jew aktar stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 4(7), il-punt (b) tal-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 15(2) jekk tqis li dan ikun xieraq fid-dawl tan-natura jew l-impatt tal-parametri referenzjarji jew id-daqs tal-amministratur. Fil-valutazzjoni tagħha, l-awtorità kompetenti għandha, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-amministratur, tqis il-kriterji li ġejjin:
(a)
il-vulnerabbiltà tal-parametri referenzjarji għall-manipulazzjoni;
(b)
in-natura tad-data tal-input;
(c)
il-livell ta' kunflitti ta' interess;
(d)
il-grad ta' diskrezzjoni tal-amministratur;
(e)
l-impatt tal-parametru referenzjarju fuq is-swieq;
(f)
in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-forniment tal-parametru referenzjarju;
(g)
l-importanza tal-parametru referenzjarju għall-istabbiltà finanzjarja;
(h)
il-valur ta' strumenti finanzjarji, kuntratti finanzjarji jew fondi ta' investiment li jirreferenzjaw il-parametru referenzjarju;
(i)
id-daqs, il-forma ta' organizzazzjoni jew l-istruttura tal-amministratur.
|
|
Artikolu 25 4.
|
Fi żmien 30 jum minn meta tirċievi notifika mill-amministratur taħt il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lil dak l-amministratur bid-deċiżjoni tagħha li tapplika rekwiżit addizzjonali skont il-paragrafu 3. Fil-każ li n-notifika lill-awtorità kompetenti ssir waqt il-proċedura ta' awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni, għandhom japplikaw l-iskadenzi stipulati fl-Artikolu 34.
|
|
Artikolu 25 5.
|
Fl-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji tagħha skont l-Artikolu 41, l-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina b'mod regolari jekk il-valutazzjoni tagħha skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu tkunx għadha valida.
|
|
Artikolu 25 6.
|
Jekk l-awtorità kompetenti ssib, fuq bażi raġonevoli, li l-informazzjoni mressqa lilha skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma tkunx kompluta jew li tkun meħtieġa informazzjoni supplementari, il-limitu ta' żmien ta' 30 jum imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandu japplika biss mid-data li fiha tali informazzjoni komplementari tiġi pprovduta mill-amministratur, sakemm ma japplikawx l-iskadenzi tal-Artikolu 34 bis-saħħa tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 25 7.
|
Meta amministratur ta' parametru referenzjarju sinifikanti ma jikkonformax ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 4(7), il-punt (b) tal-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 15(2), huwa għandu jippubblika u jżomm dikjarazzjoni ta' konformità li tiddikjara b'mod ċar għaliex huwa xieraq li dak l-amministratur ma jikkonformax ma' dawk id-dispożizzjonijiet.
|
|
Artikolu 25 8.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni għall-iżvilupp ta' mudell għad-dikjarazzjoni ta' konformità msemmija fil-paragrafu 7. L-ESMA għandha tressaq l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2017. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 25 9.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kriterji msemmija fil-paragrafu 3. L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2017. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 25 10.
|
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal parametri referenzjarji tal-komoditajiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|