|
+Artikolu 25 3. |
Artikolu 25 3.Awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li l-amministratur ta' parametru referenzjarju sinifikanti madankollu japplika rekwiżit wieħed jew aktar stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 4(7), il-punt (b) tal-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 15(2) jekk tqis li dan ikun xieraq fid-dawl tan-natura jew l-impatt tal-parametri referenzjarji jew id-daqs tal-amministratur. Fil-valutazzjoni tagħha, l-awtorità kompetenti għandha, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-amministratur, tqis il-kriterji li ġejjin:
(a)
il-vulnerabbiltà tal-parametri referenzjarji għall-manipulazzjoni;
(b)
in-natura tad-data tal-input;
(c)
il-livell ta' kunflitti ta' interess;
(d)
il-grad ta' diskrezzjoni tal-amministratur;
(e)
l-impatt tal-parametru referenzjarju fuq is-swieq;
(f)
in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-forniment tal-parametru referenzjarju;
(g)
l-importanza tal-parametru referenzjarju għall-istabbiltà finanzjarja;
(h)
il-valur ta' strumenti finanzjarji, kuntratti finanzjarji jew fondi ta' investiment li jirreferenzjaw il-parametru referenzjarju;
(i)
id-daqs, il-forma ta' organizzazzjoni jew l-istruttura tal-amministratur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|