+Artikolu 29 Użu ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, parametri referenzjarji sinifikanti, parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 1a.
---+Artikolu 29 1b.
---+Artikolu 29 2.
|
Artikolu 29 Użu ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, parametri referenzjarji sinifikanti, parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
Entità taħt superviżjoni ma għandhiex iżżid referenzi ġodda għal parametru referenzjarju sinifikanti jew kombinazzjoni ta’ tali parametri referenzjarji fl-Unjoni meta dak il-parametru referenzjarju jew kombinazzjoni ta’ parametri referenzjarji jkunu s-suġġett ta’ avviż pubbliku maħruġ minn awtorità kompetenti jew mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 24a(6). Entità taħt superviżjoni ma għandhiex iżżid referenzi ġodda għal parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġett għall-Anness II, Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi jew kombinazzjoni li tinkludi kwalunkwe parametru referenzjarju bħal dan fl-Unjoni meta l-amministratur ta’ dawk il-parametri referenzjarji ma jkunx inkluż fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36. L-entitajiet taħt superviżjoni għandhom jikkonsultaw b’mod regolari l-ESAP jew ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36 biex jivverifikaw l-istatus regolatorju tal-amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, parametri referenzjarji sinifikanti, parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li jkollhom il-ħsieb li jużaw. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, u fejn meħtieġ biex jiġi evitat tfixkil serju fis-suq, l-ESMA jew l-awtorità kompetenti, kif xieraq, tista’ tippermetti l-użu ta’ parametru referenzjarju soġġett għal avviż pubbliku maħruġ f’konformità mal-Artikolu 24a(6) għal perjodu ta’ bejn 6 u 24 xahar wara l-pubblikazzjoni tal-avviż pubbliku. L-ESMA jew l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina t-tul tal-perjodu msemmi fit-tielet subparagrafu filwaqt li tqis:
(a)
il-valur totali ta’ strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji fl-Unjoni li għalihom il-parametru referenzjarju jservi bħala referenza u ta’ fondi ta’ investiment fl-Unjoni li għalihom jintuża biex titkejjel il-prestazzjoni;
(b)
id-disponibbiltà ta’ parametri referenzjarji alternattivi;
(c)
il-kumplessità tas-sostituzzjoni tal-parametru referenzjarju u ż-żmien meħtieġ biex jitnaqqsu, jiġu ħħeġġjati jew ibbilanċjati l-iskoperturi eżistenti.
|
|
Artikolu 29 1a.
|
Entità taħt superviżjoni tista’ wkoll tuża s-sostitut għal parametru referenzjarju ffissat skont l-Artikolu 23b jew fl-Artikolu 23c.
|
|
Artikolu 29 1b.
|
Entità taħt superviżjoni li tuża parametru referenzjarju f’kuntratti finanzjarji jew fi strumenti finanzjarji eżistenti li huwa soġġett għal avviż pubbliku skont l-Artikolu 24a(6) għandha tissostitwixxi dak il-parametru referenzjarju b’alternattiva xierqa fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni ta’ dak l-avviż, jew toħroġ u tippubblika dikjarazzjoni fuq is-sit web tagħha li tipprovdi lill-klijenti bi spjegazzjoni motivata għaliex ma tkunx tista’ tagħmel dan.
|
|
Artikolu 29 2.
|
Meta l-oġġett ta’ prospett li għandu jiġi ppubblikat skont ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
) jew id-Direttiva 2009/65/KE jkun titoli trasferibbli jew prodotti oħra ta’ investiment li jirreferenzjaw parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, parametru referenzjarju sinifikanti, parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġett għall-Anness II ta’ dan ir-Regolament, Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, jew Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi, l-emittent, l-offerent, jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandhom jiżguraw li l-prospett jinkludi wkoll informazzjoni ċara u prominenti li tiddikjara jekk il-parametru referenzjarju huwiex ipprovdut minn amministratur inkluż fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament. Meta l-oġġett ta’ prospett li għandu jiġi ppubblikat skont ir-Regolament (UE) 2017/1129 jew id-Direttiva 2009/65/KE jkun titoli trasferibbli jew prodotti ta’ investiment oħra li jirreferenzjaw parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, parametru referenzjarju sinifikanti, parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġett għall-Anness II ta’ dan ir-Regolament, Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, jew Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandhom jiżguraw li meta avviż pubbliku skont l-Artikolu 24a(6) ta’ dan ir-Regolament dwar il-parametru referenzjarju użat huwa inkluż fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament il-prospett jinkludi wkoll, mingħajr dewmien żejjed wara l-pubblikazzjoni tal-avviż, dik l-informazzjoni b’mod ċar u prominenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|