|
+Artikolu 29 1. |
Artikolu 29 1.Entità taħt superviżjoni ma għandhiex iżżid referenzi ġodda għal parametru referenzjarju sinifikanti jew kombinazzjoni ta’ tali parametri referenzjarji fl-Unjoni meta dak il-parametru referenzjarju jew kombinazzjoni ta’ parametri referenzjarji jkunu s-suġġett ta’ avviż pubbliku maħruġ minn awtorità kompetenti jew mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 24a(6). Entità taħt superviżjoni ma għandhiex iżżid referenzi ġodda għal parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġett għall-Anness II, Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi jew kombinazzjoni li tinkludi kwalunkwe parametru referenzjarju bħal dan fl-Unjoni meta l-amministratur ta’ dawk il-parametri referenzjarji ma jkunx inkluż fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36. L-entitajiet taħt superviżjoni għandhom jikkonsultaw b’mod regolari l-ESAP jew ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36 biex jivverifikaw l-istatus regolatorju tal-amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, parametri referenzjarji sinifikanti, parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi li jkollhom il-ħsieb li jużaw. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, u fejn meħtieġ biex jiġi evitat tfixkil serju fis-suq, l-ESMA jew l-awtorità kompetenti, kif xieraq, tista’ tippermetti l-użu ta’ parametru referenzjarju soġġett għal avviż pubbliku maħruġ f’konformità mal-Artikolu 24a(6) għal perjodu ta’ bejn 6 u 24 xahar wara l-pubblikazzjoni tal-avviż pubbliku. L-ESMA jew l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina t-tul tal-perjodu msemmi fit-tielet subparagrafu filwaqt li tqis:
(a)
il-valur totali ta’ strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji fl-Unjoni li għalihom il-parametru referenzjarju jservi bħala referenza u ta’ fondi ta’ investiment fl-Unjoni li għalihom jintuża biex titkejjel il-prestazzjoni;
(b)
id-disponibbiltà ta’ parametri referenzjarji alternattivi;
(c)
il-kumplessità tas-sostituzzjoni tal-parametru referenzjarju u ż-żmien meħtieġ biex jitnaqqsu, jiġu ħħeġġjati jew ibbilanċjati l-iskoperturi eżistenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|