|
+Artikolu 30 1. |
Artikolu 30 1.Sabiex parametru referenzjarju jew kombinazzjoni ta' parametri referenzjarji forniti minn amministratur li jinsab f'pajjiż terz ikunu jistgħu jintużaw fl-Unjoni skont l-Artikolu 29(1), il-parametru referenzjarju u l-amministratur għandhom jiġu inklużi fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36. Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti sabiex jiġu inklużi fir-reġistru:
(a)
deċiżjoni ta' ekwivalenza tiġi adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu;
(b)
l-amministratur ikun awtorizzat jew reġistrat, u huwa soġġett għal superviżjoni fil-pajjiż terz in kwistjoni;
(c)
l-ESMA tiġi notifikata mill-amministratur dwar il-kunsens tiegħu li l-parametri referenzjarji attwali jew prospettivi tiegħu jistgħu jintużaw mill-entitaijiet taħt superviżjoni fl-Unjoni, dwar il-lista tal-parametri referenzjarji li fir-rigward tagħhom ikunu ta l-kunsens biex jintużaw fl-Unjoni u dwar l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tiegħu fil-pajjiż terz; u
(d)
l-arranġamenti ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu huma operattivi; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|