|
+Artikolu 30 4. |
Artikolu 30 4.L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi li l-oqfsa ġuridiċi u l-prassi superviżorji tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti skont il-paragrafu 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu. Meta tistabbilixxi dawk l-arranġamenti, l-ESMA għandha tqis jekk pajjiż terz inkwistjoni huwiex, f’konformità ma’ att delegat adottat skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), fil-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Tali arranġamenti għandhom jispeċifikaw mill-inqas:
(a)
il-mekkaniżmi għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi konċernati, fosthom l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-amministratur awtorizzat f'dak il-pajjiż terz li tintalab mill-ESMA;
(b)
il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti ta' pajjiż terz tqis li amministratur awtorizzat f'dak il-pajjiż terz u li tkun qiegħda twettaq superviżjoni tiegħu jkun qed jikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew leġiżlazzjoni nazzjonali oħra fil-pajjiż terz;
(c)
il-proċeduri dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta' superviżjoni fosthom ta' spezzjonijiet fil-post. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|