|
+Artikolu 33 1. |
Artikolu 33 1.Amministratur li jkun jinsab fl-Unjoni u jkun awtorizzat jew irreġistrat skont l-Artikolu 34, bi rwol ċar u definit sew fil-qafas ta’ kontroll jew responsabbiltà ta’ amministratur li jinsab f’pajjiż terz, li jkun jista’ jimmonitorja b’mod effettiv il-forniment ta’ parametru referenzjarju, jista’ japplika mal-ESMA għall-approvazzjoni ta’ parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji pprovduti f’pajjiż terz għall-użu tagħhom fl-Unjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-amministratur jew entità taħt superviżjoni oħra li jagħtu l-approvazzjoni jkunu vverifikaw u jkunu kapaċi juru fuq bażi kontinwa lill-awtorità kompetenti tagħhom li l-forniment tal-parametru referenzjarju jew tal-familja ta' parametri referenzjarji li jridu jiġu approvati jissodisfaw, fuq bażi obbligatorja jew volontarja, ir-rekwiżiti li tal-inqas ikunu stretti daqs ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;
(b)
l-amministratur jew entità taħt superviżjoni oħra li jagħtu l-approvazzjoni jkollhom il-kompetenza meħtieġa biex jimmonitorjaw b'mod effettiv l-attività tal-forniment ta' parametru referenzjarju f'pajjiż terz b'mod effettiv u biex jimmaniġġjaw ir-riskji assoċjati;
(c)
ikun hemm raġuni oġġettiva biex il-parametru referenzjarju jew il-familja ta' parametri referenzjarji jiġu forniti f'pajjiż terz u biex tali parametri referenzjarji jew familja ta' parametri referenzjarji jiġu approvati għall-użu tagħhom fl-Unjoni. Għall-finijiet tal-punt (a), meta tkun qed tivvaluta jekk il-forniment tal-parametru referenzjarju jew tal-familja ta' parametri referenzjarji li se jiġu approvati jissodisfawx rekwiżiti li tal-inqas ikunu stretti daqs ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tista' tqis jekk il-konformità tal-forniment tal-parametru referenzjarju jew tal-familja ta' parametri referenzjarji mal-prinċipji IOSCO għall-parametri referenzjarji finanzjarji jew mal-prinċipji IOSCO għall-PRAs, kif applikabbli, tkunx ekwivalenti għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|