+Artikolu 33 Approvazzjoni ta' parametri referenzjarji pprovduti f'pajjiż terz
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
---+Artikolu 33 6.
---+Artikolu 33 7.
|
Artikolu 33 Approvazzjoni ta' parametri referenzjarji pprovduti f'pajjiż terz
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
Amministratur li jkun jinsab fl-Unjoni u jkun awtorizzat jew irreġistrat skont l-Artikolu 34, bi rwol ċar u definit sew fil-qafas ta’ kontroll jew responsabbiltà ta’ amministratur li jinsab f’pajjiż terz, li jkun jista’ jimmonitorja b’mod effettiv il-forniment ta’ parametru referenzjarju, jista’ japplika mal-ESMA għall-approvazzjoni ta’ parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji pprovduti f’pajjiż terz għall-użu tagħhom fl-Unjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
▼B
(a)
l-amministratur jew entità taħt superviżjoni oħra li jagħtu l-approvazzjoni jkunu vverifikaw u jkunu kapaċi juru fuq bażi kontinwa lill-awtorità kompetenti tagħhom li l-forniment tal-parametru referenzjarju jew tal-familja ta' parametri referenzjarji li jridu jiġu approvati jissodisfaw, fuq bażi obbligatorja jew volontarja, ir-rekwiżiti li tal-inqas ikunu stretti daqs ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;
(b)
l-amministratur jew entità taħt superviżjoni oħra li jagħtu l-approvazzjoni jkollhom il-kompetenza meħtieġa biex jimmonitorjaw b'mod effettiv l-attività tal-forniment ta' parametru referenzjarju f'pajjiż terz b'mod effettiv u biex jimmaniġġjaw ir-riskji assoċjati;
(c)
ikun hemm raġuni oġġettiva biex il-parametru referenzjarju jew il-familja ta' parametri referenzjarji jiġu forniti f'pajjiż terz u biex tali parametri referenzjarji jew familja ta' parametri referenzjarji jiġu approvati għall-użu tagħhom fl-Unjoni.
Għall-finijiet tal-punt (a), meta tkun qed tivvaluta jekk il-forniment tal-parametru referenzjarju jew tal-familja ta' parametri referenzjarji li se jiġu approvati jissodisfawx rekwiżiti li tal-inqas ikunu stretti daqs ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tista' tqis jekk il-konformità tal-forniment tal-parametru referenzjarju jew tal-familja ta' parametri referenzjarji mal-prinċipji IOSCO għall-parametri referenzjarji finanzjarji jew mal-prinċipji IOSCO għall-PRAs, kif applikabbli, tkunx ekwivalenti għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 33 2.
|
Amministratur li jissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfa lill-ESMA li, fil-ħin tal-applikazzjoni, il-kundizzjonijiet kollha msemmija f’dak il-paragrafu jkunu ġew issodisfati.
|
|
Artikolu 33 3.
|
Fi żmien 90 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni għal approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha teżamina l-applikazzjoni u tadotta deċiżjoni jew biex tawtorizza l-approvazzjoni jew biex tirrifjutaha. Meta l-ESMA tawtorizza l-approvazzjoni, il-kompetenzi fir-rigward tal-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni, kif applikabbli, tal-amministratur li jkun applika għall-approvazzjoni għandhom jiġu ttrasferiti lill-ESMA fi żmien sitt xhur mill-awtorizzazzjoni tal-approvazzjoni.
|
|
Artikolu 33 4.
|
Parametru referenzjarju approvat jew familja ta’ parametri referenzjarji approvati għandhom jitqiesu bħala parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji pprovduti mill-amministratur li jagħti l-approvazzjoni. L-amministratur li jagħti l-approvazzjoni ma għandux juża l-approvazzjoni bl-intenzjoni li jevita r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 33 5.
|
Amministratur li jkun approva parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji pprovduti f’pajjiż terz għandu jibqa’ kompletament responsabbli għal tali parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji u għall-konformità mal-obbligi skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 33 6.
|
Meta l-ESMA jkollha raġunijiet fondati sew biex tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għadhomx jiġu ssodisfati, din għandu jkollha s-setgħa li titlob lill-amministratur li jagħti l-approvazzjoni biex iwaqqaf l-approvazzjoni. L-Artikolu 28 għandu japplika fil-każ ta’ waqfien tal-approvazzjoni.
|
|
Artikolu 33 7.
|
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 49 dwar il-miżuri sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li taħthom l-ESMA tista’ tivvaluta jekk hemmx raġuni oġġettiva għall-provvediment ta’ parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji f’pajjiż terz u l-approvazzjoni tagħhom sabiex jintużaw fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis elementi bħall-ispeċifiċitajiet tas-suq sottostanti jew ir-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju għandu l-ħsieb li jkejjel, il-ħtieġa għall-prossimità tal-forniment tal-parametru referenzjarju għal tali suq jew realtà ekonomika, il-ħtieġa għall-prossimità tal-forniment tal-parametru referenzjarju għall-kontributuri, id-disponibbiltà materjali tad-data ta’ input minħabba żoni tal-ħin differenti u ħiliet speċifiċi meħtieġa fil-forniment tal-parametru referenzjarju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|