+Artikolu 34 Awtorizzazzjoni u reġistrazzjoni ta' amministratur
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 1a.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
---+Artikolu 34 5.
---+Artikolu 34 6.
---+Artikolu 34 7.
---+Artikolu 34 8.

Artikolu 34 Awtorizzazzjoni u reġistrazzjoni ta' amministratur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1.

Persuna fiżika jew ġuridika li tinsab fl-Unjoni li taġixxi jew li jkollha l-ħsieb li taġixxi bħala amministratur għandha tapplika mal-awtorità kompetenti ddeżinjata skont l-Artikolu 40 tal-Istat Membru fejn tkun tinsab dik il-persuna jew mal-ESMA fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu sabiex tirċievi:

(a) 

awtorizzazzjoni meta tipprovdi jew ikollha l-ħsieb li tipprovdi indiċijiet li jintużaw jew li huma maħsuba biex jintużaw bħala parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, bħala parametri referenzjarji sinifikanti, bħala parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, bħala Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew bħala Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi;

(b) 

reġistrazzjoni meta tkun entità taħt superviżjoni, għajr l-amministratur, li tipprovdi jew ikollha l-ħsieb li tipprovdi indiċijiet li jintużaw jew li huma maħsuba biex jintużaw bħala parametri referenzjarji sinifikanti, bħala Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew bħala Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, dment li l-attività tal-forniment ta’ parametru referenzjarju ma tiġix ipprevenuta mid-dixxiplina settorjali li tapplika għall-entità taħt superviżjoni u li l-ebda wieħed mill-indiċijiet ipprovduti ma jikkwalifika bħala parametru referenzjarju ta’ importanza kritika.

Artikolu 34 1a.
Meta indiċi wieħed jew aktar ipprovduti mill-persuna msemmija fil-paragrafu 1 jikkwalifikaw bħala parametri referenzjarji ta’ importanza kritika kif imsemmi fl-Artikolu 20(1), il-punti (a) u (c), jew jekk il-persuna fl-istess ħin tissottometti applikazzjoni lill-ESMA skont l-Artikolu 33(1) biex tapprova parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji, l-applikazzjoni għandha tiġi indirizzata lill-ESMA.
Artikolu 34 2.
Amministratur awtorizzat jew irreġistrat għandu jikkonforma f'kull waqt mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla materjali fihom.
Artikolu 34 3.
L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir fi żmien 30 jum tax-xogħol minn kwalunkwe ftehim li tagħmel entità taħt superviżjoni biex tuża indiċi pprovdut mill-applikant bħala referenza għal strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju jew biex titkejjel il-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment, jew fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 24a(2) u (3), kif applikabbli.
Artikolu 34 4.
L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfa lill-awtorità kompetenti li l-applikant jkun stabbilixxa, meta tingħata l-awtorizzazzjoni jew issir ir-reġistrazzjoni, l-arranġamenti meħtieġa kollha sabiex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament
Artikolu 34 5.
Fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta u tinnotifika lill-applikant kif xieraq. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-applikant għandu jissottometti l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-awtorità kompetenti rilevanti. Il-limitu ta' żmien imsemmi f'dan il-paragrafu għandu japplika mid-data ta' meta tali informazzjoni addizzjonali tiġi pprovduta mill-applikant.
Artikolu 34 6.

L-awtorità kompetenti rilevanti għandha:

(a) 

teżamina l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u tadotta deċiżjoni biex tawtorizza jew tirrifjuta li tawtorizza l-applikant fi żmien erba' xhur mill-wasla ta' applikazzjoni kompluta.

(b) 

teżamina l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u tadotta deċiżjoni li tirreġistra jew li tirrifjuta li tirreġistra l-applikant fi żmien 45 jum tax-xogħol mill-wasla ta' applikazzjoni kompluta.

Fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara l-adozzjoni ta' deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-applikant. Meta l-awtorità kompetenti tirrifjuta li tawtorizza jew li tirreġistra lill-applikant, hija tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 34 7.
L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA dwar kwalunkwe deċiżjoni li tawtorizza jew tirreġistra applikant fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data ta' adozzjoni ta' tali deċiżjoni.
Artikolu 34 8.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, filwaqt li jitqies li l-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni huma proċessi distinti fejn awtorizzazzjoni tirrikjedi aktar valutazzjoni estensiva tal-applikazzjoni tal-amministratur, il-prinċipju tal-proporzjonalità, in-natura tal-entitajiet taħt superviżjoni li qed japplikaw għar-reġistrazzjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-ispejjeż tal-applikanti u l-awtoritajiet kompetenti.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2017.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.