|
+Artikolu 34 1. |
Artikolu 34 1.Persuna fiżika jew ġuridika li tinsab fl-Unjoni li taġixxi jew li jkollha l-ħsieb li taġixxi bħala amministratur għandha tapplika mal-awtorità kompetenti ddeżinjata skont l-Artikolu 40 tal-Istat Membru fejn tkun tinsab dik il-persuna jew mal-ESMA fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu sabiex tirċievi:
(a)
awtorizzazzjoni meta tipprovdi jew ikollha l-ħsieb li tipprovdi indiċijiet li jintużaw jew li huma maħsuba biex jintużaw bħala parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, bħala parametri referenzjarji sinifikanti, bħala parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, bħala Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew bħala Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi;
(b)
reġistrazzjoni meta tkun entità taħt superviżjoni, għajr l-amministratur, li tipprovdi jew ikollha l-ħsieb li tipprovdi indiċijiet li jintużaw jew li huma maħsuba biex jintużaw bħala parametri referenzjarji sinifikanti, bħala Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew bħala Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, dment li l-attività tal-forniment ta’ parametru referenzjarju ma tiġix ipprevenuta mid-dixxiplina settorjali li tapplika għall-entità taħt superviżjoni u li l-ebda wieħed mill-indiċijiet ipprovduti ma jikkwalifika bħala parametru referenzjarju ta’ importanza kritika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|