|
+Artikolu 43 1. |
Artikolu 43 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiġu biex jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti li huma nnominaw f’konformità mal-Artikolu 40(2) iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi, fejn ikun xieraq:
(a)
is-serjetà u d-dewmien tal-ksur;
(b)
il-kritikalità tal-parametru referenzjarju għall-istabbiltà finanzjarja u l-ekonomija reali;
(c)
il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna responsabbli;
(d)
is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli, kif indikat, partikolarment, mill-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mid-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;
(e)
il-livell tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli, sa fejn dawn jistgħu jiġu ddeterminati;
(f)
il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;
(g)
ksur preċedenti mill-persuna konċernata;
(h)
miżuri meħuda, wara l-ksur, minn persuna responsabbli sabiex tiġi evitata r-ripetizzjoni tal-ksur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|