+Artikolu 49 Eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 2a.
---+Artikolu 49 2b.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 3a.
---+Artikolu 49 4.
---+Artikolu 49 5.
---+Artikolu 49 6.
---+Artikolu 49 6a.

Artikolu 49 Eżerċizzju tad-delega

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 49 1.
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 49 2.
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2), 13(2a), 19a(2), 19c(1), 20(6), ►M6  24(9) ◄ , 27(2b), 33(7), 51(6) u 54(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin minn ►M6  30 ta’ Ġunju 2024 ◄ [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn ►M6  31 ta’ Diċembru 2029 ◄ [51 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi identiċi ta’ żmien, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
Artikolu 49 2a.
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 30(2a), 30(3a), 48i(10) u 48l(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu indeterminat ta’ żmien mit-30 ta’ Diċembru 2019.
Artikolu 49 2b.
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl- ►M6  Artikolu 54(7) ◄ għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mit-13 ta’ Frar 2021.
Artikolu 49 3.
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 3(2), 13(2a), 19a(2), 19c(1), 20(6), ►M6  24(9) ◄ , 27(2b), 30(2a), 30(3a), 33(7), 48i(10), 48l(3), 51(6) jew 54(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
Artikolu 49 3a.
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl- ►M6  Artikolu 54(7) ◄ tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Artikolu 49 4.
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
Artikolu 49 5.
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 49 6.
Att delegat adottat skont l-Artikoli 3(2), 13(2a), 19a(2), 19c(1), 20(6), ►M6  24(9) ◄ , 27(2b), 30(2a), 30(3a), 33(7), 48i(10), 48l(3), 51(6) jew 54(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 49 6a.
Att delegat adottat skont l- ►M6  Artikolu 54(7) ◄ għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.