Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2), 13(2a), 19a(2), 19c(1), 20(6),
►M6
24(9)
◄ , 27(2b), 33(7), 51(6) u 54(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin minn
►M6
30 ta’ Ġunju 2024
◄ [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn
►M6
31 ta’ Diċembru 2029
◄ [51 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi identiċi ta’ żmien, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.