+Artikolu 51 5.

Artikolu 51 5.

Dment li l-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni ta’ ekwivalenza kif imsemmi fil-paragrafu (2) jew (3) tal-Artikolu 30,ma jkunx ġie rikonoxxut amministratur skont l-Artikolu 32 jew ma jkunx ġie approvat parametru referenzjarju skont l-Artikolu 33, l-użu fl-Unjoni minn entitajiet taħt superviżjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ pajjiż terz għandu jiġi permess biss għal strumenti finanzjarji, kuntratti finanzjarji u kejl tal-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment li diġà jagħmlu referenza għal dak il-parametru referenzjarju jew li jżidu referenza għal tali parametru referenzjarju qabel il-31 ta’ Diċembru 2023.

L-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal parametri referenzjarji pprovduti minn amministraturi li jirrilokaw mill-Unjoni għal pajjiż terz matul il-perjodu tranżitorju. L-awtorità nazzjonali għandha tinnotifika lill-ESMA b’konformità mal-Artikolu 35. L-ESMA għandha tfassal lista ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi li għalihom l-ewwel subparagrafu ma japplikax.

Fejn ESMA tkun irċeviet, sal-31 ta’ Diċembru 2025, applikazzjoni għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 32(5) minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz li jipprovdi Parametru Referenzjarju tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, jew parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, jew applikazzjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 33(1) għall-Parametru Referenzjarju tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II provduti mill-amministratur li jinsab f’pajjiż terz, il-parametru referenzjarju kkonċernat jista’ jintuża għal strumenti finanzjarji eżistenti u ġodda u għal kuntratti finanzjarji, sakemm u sa meta r-rikonoxximent jew l-approvazzjoni tal-amministratur tiegħu ma jiġux irrifjutati mill-ESMA.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.