+Artikolu 4 2

Artikolu 4 2

2.   Minbarra l-persuni speċifikati fl-Artikolu 53(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, jekk mitlub minn operatur ta’ MTF tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lil dak l-operatur jammetti lil persuni fiżiċi u ġuridiċi biex jinnegozjaw f’isimhom stess bħala membri jew parteċipanti, dment li tali persuni jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikollhom reputazzjoni tajba suffiċjenti;

(b)

ikollhom livell suffiċjenti ta’ kapaċità, kompetenza u esperjenza fin-negozjar, inkluż għarfien dwar il-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit;

(c)

ma jkunux ġeneraturi tas-suq fil-MTF tad-DLT;

(d)

ma jużawx teknika ta’ negozjar algoritmiku bi frekwenza għolja fil-MTF tad-DLT;

(e)

ma jipprovdux lil persuni oħra l-aċċess elettroniku dirett għall-MTF tad-DLT;

(f)

ma jinnegozjawx f’isimhom stess meta jeżegwixxu ordnijiet tal-klijenti fuq l-infrastruttura tas-suq tad-DLT; u

(g)

ikunu taw kunsens infurmat għan-negozjar dwar l-MTF tad-DLT bħala membri jew parteċipanti u jkunu ġew infurmati mill-MTF tad-DLT dwar ir-riskji potenzjali tal-użu tas-sistemi tagħha għan-negozjar tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT.

Meta l-awtorità kompetenti tagħti l-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, hija tista’ tirrikjedi miżuri addizzjonali għall-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi ammessi għall-MTF tad-DLT bħala membri jew parteċipanti. Dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati mal-profil tar-riskju ta’ dawk il-membru jew tal-parteċipanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.