7. Fuq talba ta’ CSD li jħaddem SS tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta lil CSD mill-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li tali CSD jipproponi miżuri ta’ kumpens biex jintlaħqu l-objettivi ta’ tali Artikolu u, bħala minimu, jiżgura, permezz ta’ proċeduri u arranġamenti robusti, li:
|
(a)
|
l-SS tad-DLT tissalda tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji tad-DLT kważi f’ħin reali jew dakinhar, u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mit-tieni jum ta’ negozju wara l-konklużjoni tan-negozjar;
|
|
(b)
|
l-SS tad-DLT tiddivulga pubblikament ir-regoli li jirregolaw is-sistema ta’ saldu; u
|
|
(c)
|
l-SS tad-DLT timmitiga kwalunkwe riskju li jinqala’ min-nonnomina ta’ SS ta’ DLT bħala sistema għall-iskopijiet tad-Direttiva 98/26/KE, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri ta’ insolvenza.
|
Għall-iskopijiet tat-tħaddim ta’ SS ta’ DLT, id-definizzjoni ta’ CSD fir-Regolament (UE) Nru 909/2014 bħala persuna ġuridika li tħaddem sistema ta’ saldu tat-titoli ma għandhiex tirriżulta fl-obbligu min-naħa tal-Istati Membri li jinnominaw u jinnotifikaw SS tad-DLT bħala sistema ta’ saldu tat-titoli fl-ambitu tad-Direttiva 98/26/KE. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu preklużi milli jinnominaw u jinnotifikaw SS tad-DLT jew sistema ta’ saldu tat-titoli fl-ambitu tad-Direttiva 98/26/KE meta l-SS tad-DLT tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva.
Meta SS ta’ DLT ma tiġix innominata jew innotifikata bħala sistema ta’ saldu tat-titoli fl-ambitu tad-Direttiva 98/26/KE, is-CSD li jħaddem SS tad-DLT għandu jipproponi miżuri ta’ kumpens maħsuba biex inaqqsu r-riskji li jirriżultaw mill-insolvenza.