|
+Artikolu 5 8 |
Artikolu 5 88. Fuq talba ta’ CSD li jħaddem SS tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta tali CSD mill-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li tali CSD jissalda abbażi tal-kunsenja kontra ħlas. Is-saldu tal-ħlasijiet għandu jsir permezz ta’ flus tal-bank ċentrali, anki f’forma tokenizzata, meta jkun prattiku u disponibbli, jew meta ma jkunx prattiku u disponibbli, permezz tal-kont tas-CSD f’konformità mat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 jew permezz ta’ flus ta’ bank kummerċjali, anki f’forma tokenizzata, f’konformità ma’ tali Titolu, jew bl-użu ta’ tokens tal-flus elettroniċi. B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 ma japplikax għal istituzzjoni ta’ kreditu meta tipprovdi s-saldu ta’ ħlasijiet bl-użu ta’ flus ta’ bank kummerċjali lil infrastruttura tas-suq tad-DLT li tirreġistra strumenti finanzjarji tad-DLT li l-valur aggregat tas-suq tagħhom, fil-mument tar-reġistrazzjoni inizjali ta’ strument finanzjarju tad-DLT ġdid, ma jaqbiżx is-EUR 6 biljun, kif ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 3(4) ta’ dan ir-Regolament. Meta s-saldu jsir bl-użu ta’ flus ta’ bank kummerċjali pprovdut minn istituzzjoni ta’ kreditu li għaliha ma japplikax it-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 bis-saħħa tat-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jew meta s-saldu tal-ħlasijiet isir bl-użu ta’ tokens tal-flus elettroniċi, is-CSD li jħaddem SS tad-DLT għandu jidentifika, ikejjel, jimmontorja, jimmaniġġja u jimminimizza kwalunkwe riskju li jirriżulta mill-użu ta’ tali mezz. Is-servizzi relatati mat-“tokens tal-flus elettroniċi” li huma ekwivalenti għas-servizzi elenkati fit-Taqsima C, il-punti (b) u (c), tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 għandhom jiġu pprovduti mis-CSD li jħaddem SS tad-DLT f’konformità mat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 jew minn istituzzjoni ta’ kreditu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|