+Artikolu 7 1

Artikolu 7 1

1.   L-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT għandhom jistabbilixxu pjanijiet tan-negozju ċari u dettaljati li jiddeskrivu kif dawn biħsiebhom iwettqu s-servizzi u l-attivitajiet tagħhom, li għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-persunal kritiku, tal-aspetti tekniċi u tal-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, u tal-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3.

L-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT għandu jkollhom ukoll dokumentazzjoni bil-miktub disponibbli pubblikament, aġġornata, ċara u dettaljata, li jistgħu jagħmlu disponibbli b’mezzi elettroniċi, li tiddefinixxi r-regoli li skonthom għandhom iħaddmu l-infrastrutturi tas-suq tad-DLT u l-operaturi tagħhom, inklużi t-termini legali li jiddefinixxu d-drittijiet, l-obbligi, ir-responsabbiltajiet u l-obbligazzjonijiet tal-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT, kif ukoll dawk tal-membri, tal-parteċipanti, tal-emittenti u tal-klijenti li jużaw l-infrastrutturi tas-suq tad-DLT tagħhom. Dawn it-termini legali għandhom jispeċifikaw il-liġi applikabbli, il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim ta’ qabel il-litigazzjoni, kwalunkwe miżura ta’ protezzjoni f’każ ta’ insolvenza skont id-Direttiva 98/26/KE u l-ġuriżdizzjonijiet biex tittieħed azzjoni legali. L-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT jistgħu jagħmlu disponibbli d-dokumentazzjoni bil-miktub tagħhom permezz ta’ mezzi elettroniċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.