+Artikolu 7 Rekwiżiti addizzjonali għall-infrastrutturi tas-suq tad-DLT
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
---+Artikolu 7 6
---+Artikolu 7 7
---+Artikolu 7 8
---+Artikolu 7 9
---+Artikolu 7 10
|
Artikolu 7 Rekwiżiti addizzjonali għall-infrastrutturi tas-suq tad-DLT
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. L-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT għandhom jistabbilixxu pjanijiet tan-negozju ċari u dettaljati li jiddeskrivu kif dawn biħsiebhom iwettqu s-servizzi u l-attivitajiet tagħhom, li għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-persunal kritiku, tal-aspetti tekniċi u tal-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, u tal-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3.
L-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT għandu jkollhom ukoll dokumentazzjoni bil-miktub disponibbli pubblikament, aġġornata, ċara u dettaljata, li jistgħu jagħmlu disponibbli b’mezzi elettroniċi, li tiddefinixxi r-regoli li skonthom għandhom iħaddmu l-infrastrutturi tas-suq tad-DLT u l-operaturi tagħhom, inklużi t-termini legali li jiddefinixxu d-drittijiet, l-obbligi, ir-responsabbiltajiet u l-obbligazzjonijiet tal-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT, kif ukoll dawk tal-membri, tal-parteċipanti, tal-emittenti u tal-klijenti li jużaw l-infrastrutturi tas-suq tad-DLT tagħhom. Dawn it-termini legali għandhom jispeċifikaw il-liġi applikabbli, il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim ta’ qabel il-litigazzjoni, kwalunkwe miżura ta’ protezzjoni f’każ ta’ insolvenza skont id-Direttiva 98/26/KE u l-ġuriżdizzjonijiet biex tittieħed azzjoni legali. L-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT jistgħu jagħmlu disponibbli d-dokumentazzjoni bil-miktub tagħhom permezz ta’ mezzi elettroniċi.
|
|
Artikolu 7 2
|
2. L-operaturi tal-infrastutturi tas-suq tad-DLT għandhom jistabbilixxu jew jiddokumentaw, kif jixraq, ir-regoli dwar il-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit li jużaw, inklużi r-regoli dwar l-aċċess għar-reġistru distribwit, dwar il-parteċipazzjoni tan-nodi ta’ validazzjoni, dwar l-indirizzar tal-kunflitti ta’ interess potenzjali, u dwar il-ġestjoni tar-riskju inkluża kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni biex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. L-operaturi ta’ infrastrutturi tas-suq tad-DLT għandhom jipprovdu lill-membri, lill-parteċipanti, lill-emittenti u lill-klijenti tagħhom informazzjoni ċara u mhux ambigwa fuq is-sit web tagħhom dwar kif l-operaturi jwettqu l-funzjonijiet, is-servizzi u l-attivitajiet tagħhom u kif it-twettiq tagħhom ta’ funzjonijiet, servizzi u attivitajiet ikun jiddevja minn dawk imwettqa minn faċilità multilaterali tan-negozjar jew minn sistema ta’ saldu tat-titoli li mhumiex ibbażati fuq t-teknoloġija ta’ reġistru distribwit. Din l-informazzjoni għandha tinkludi t-tip ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata.
|
|
Artikolu 7 4
|
4. L-operaturi ta’ infrastrutturi tas-suq tad-DLT għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ġenerali tal-IT u dawk ċibernetiċi relatati mal-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit tagħhom ikunu proporzjonati man-natura, il-portata u l-kumplessità tan-negozju tagħhom. Dawn l-arranġamenti għandhom jiżguraw il-kontinwità u t-trasparenza, id-disponibbiltà, l-affidabbiltà u s-sigurtà kontinwi tas-servizzi u l-attivitajiet tagħhom, inkluża l-affidabbiltà tal-kuntratti intelliġenti użati fl-infrastruttura tas-suq tad-DLT. Dawn l-arranġamenti għandhom jiżguraw ukoll l-integrità, is-sigurtà u l-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe data maħżuna minn tali operaturi, u għandhom jiżguraw li tali data tkun disponibbli u aċċessibbli.
L-operaturi ta’ infrastrutturi tas-suq tad-DLT għandu jkollhom proċeduri speċifiċi ta’ ġestjoni tar-riskju operazzjonali għar-riskji li jirriżultaw mill-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit u ta’ kriptoassi u dwar kif dawn ir-riskji jiġu indirizzati jekk dawn jimmaterjalizzaw.
Sabiex tivvaluta l-affidabbiltà tal-arranġamenti ġenerali tal-IT u dawk ċibernetiċi ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ awditu ta’ tali arranġamenti. Jekk l-awtorità kompetenti teħtieġ awditu, għandha taħtar awditur indipendenti biex iwettqu. L-infrastruttura tas-suq tad-DLT għandha tħallas il-kostijiet tal-awditu.
|
|
Artikolu 7 5
|
5. Meta l-operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT jiżgura l-kustodja tal-fondi tal-membri, tal-parteċipanti, tal-emittenti jew tal-klijenti, tal-kollateral jew tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT, u jiżgura l-mezzi ta’ aċċess għal tali assi, inkluż fil-forma ta’ ċwievet kriptografiċi, tali operatur għandu jkollu arranġamenti adegwati fis-seħħ biex jiġi evitat l-użu ta’ dawk l-assi f’isem l-operatur stess mingħajr il-kunsens espliċitu bil-miktub minn qabel tal-membru, tal-parteċipant, tal-emittent jew tal-klijent ikkonċernat, li jista’ jsir permezz ta’ mezzi elettroniċi.
L-operaturi ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT għandhom iżommu reġistrazzjonijiet sikuri, preċiżi, affidabbli u li jistgħu jiġu rkuprati tal-fondi, tal-kollateral u tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT miżmuma mill-infrastruttura tas-suq DLT tagħhom għall-membri, il-parteċipanti, l-emittenti jew il-klijenti tagħhom kif ukoll tal-mezzi ta’ aċċess għal tali fondi, kollateral u strumenti finanzjarji tad-DLT.
L-operaturi ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT għandhom jissegregaw il-fondi, il-kollateral u l-istrumenti finanzjarji tad-DLT tal-membri, tal-parteċipanti, tal-emittenti jew tal-klijenti li jużaw l-infrastruttura tas-suq tad-DLT, u l-mezzi għall-aċċess għal tali assi, minn dawk tal-operatur, kif ukoll minn dawk ta’ membri, parteċipanti, emittenti u klijenti oħra.
L-arranġamenti ġenerali tal-IT u dawk ċibernetiċi, imsemmija fil-paragrafu 4, għandhom jiżguraw li tali fondi, kollateral u strumenti finanzjarji tad-DLT miżmuma minn infrastruttura tas-suq tad-DLT għall-membri, għall-parteċipanti, għall-emittenti jew għall-klijenti tagħha, kif ukoll il-mezzi ta’ aċċess għalihom, jiġu protetti mir-riskji ta’ aċċess mhux awtorizzat, hacking, degradazzjoni, telf, attakk ċibernetiku, serq, frodi, negliġenza jew malfunzjonijiet operattivi serji oħra.
|
|
Artikolu 7 6
|
6. F’każ ta’ telf ta’ fondi, telf ta’ kollateral jew telf ta’ strument finanzjarju tad-DLT, l-operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT li tilef il-fondi, il-kollateral jew l-istrument finanzjarju tad-DLT għandu jinżamm responsabbli mit-telf sal-valur tas-suq tal-assi mitluf. L-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT ma għandux jinżamm responsabbli mit-telf jekk jista’ jipprova li t-telf kien dovut għal xi ħaġa li ġrat esternament lil hinn mill-kontroll raġonevoli tiegħu, li l-konsegwenzi tagħha kienu jkunu inevitabbli minkejja kull sforz raġonevoli biex ikunu evitati.
L-operaturi ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT għandhom jistabbilixxu arranġamenti trasparenti u adegwati biex jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri u għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti mill-klijenti u proċeduri għal kumpens jew rimedju f’każijiet ta’ telf għall-investituri b’riżultat ta’ kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew b’riżultat tal-waqfien tan-negozju minħabba kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikoli 8(13), 9(11) u 10(10).
Awtorità kompetenti jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta’ każ b’każ, li jirrikjedu salvagwardji prudenzjali addizzjonali min-naħa tal-operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT fil-forma ta’ fondi proprji jew ta’ polza ta’ assigurazzjoni jekk l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li l-obbligazzjonijiet potenzjali għad-danni kkawżati lill-klijenti tal-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT b’riżultat ta’ kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma tkunx koperta adegwatament mir-rekwiżiti prudenzjali msemmija fir-Regolament (UE) Nru 909/2014, fir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), fid-Direttiva 2014/65/UE jew fid-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), bil-għan li tkun żgurata l-protezzjoni tal-investituri.
|
|
Artikolu 7 7
|
7. Operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT għandu jistabbilixxi u jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku strateġija ċara u dettaljata biex tonqos l-attività ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT partikolari jew għat-tranżizzjoni, jew il-waqfien tal-attività ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT partikolari (minn hawn il quddiem imsejħa l-“istrateġija ta’ tranżizzjoni”), inkluża t-tranżizzjoni jew it-treġġigħ lura tal-operazzjonijiet tiegħu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit għall-infrastrutturi tas-suq tradizzjonali, fil-każ li:
|
(a)
|
il-valur limitu msemmi fl-Artikolu 3(3) jinqabeż;
|
|
(b)
|
ikollhom jiġu rtirati jew inkella sospiżi permess speċifiku jew eżenzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament, inkluż fejn il-permess speċifiku jew l-eżenzjoni ġew sospiżi b’konsegwenza tal-avvenimenti previsti skont l-Artikolu 14(2); jew
|
|
(c)
|
ikun hemm waqfien volontarju jew involontarju tan-negozju tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT.
|
L-istrateġija ta’ tranżizzjoni għandha tkun lesta biex tiġi implimentata f’waqtha.
L-istrateġija ta’ tranżizzjoni għandha tistabbilixxi kif il-membri, il-parteċipanti, l-emittenti u l-klijenti jiġu ttrattati, fil-każ ta’ rtirar jew sospensjoni ta’ permess speċifiku jew il-waqfien tan-negozju kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-istrateġija ta’ tranżizzjoni għandha tistabbilixxi l-mod ta’ protezzjoni tal-klijenti, b’mod partikolari tal-investituri fil-livell tal-konsumatur, kontra kwalunkwe impatt sproporzjonat mill-irtirar jew sospensjoni ta’ permess speċifiku jew il-waqfien tan-negozju. L-istrateġija ta’ tranżizzjoni għandha tiġi aġġornata fuq bażi kontinwa suġġetta għall-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti.
L-istrateġija ta’ tranżizzjoni għandha tispeċifika l-mod kif dak li jkun għandu jġib ruħu f’każ li jinqabeż il-limitu msemmi fl-Artikolu 3(3).
|
|
Artikolu 7 8
|
8. Id-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li għandhom biss il-permess li joperaw MTF tad-DLT skont l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament u li ma jindikawx fl-istrateġiji ta’ tranżizzjoni tagħhom li biħsiebhom jiksbu awtorizzazzjoni biex joperaw faċilità multilaterali tan-negozjar skont id-Direttiva 2014/65/UE, kif ukoll CSDs li jħaddmu TSS tad-DLT, għandhom jistinkaw kemm jista’ jkun biex jikkonkludu arranġamenti mad-ditti tal-investiment jew mal-operaturi tas-suq li jħaddmu faċilità multilaterali tan-negozjar skont id-Direttiva 2014/65/UE biex jieħdu f’idejhom l-operazzjonijiet tagħhom, u għandhom jispeċifikaw tali arranġamenti fl-istrateġiji ta’ tranżizzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 7 9
|
9. CSDs li jħaddmu SS tad-DLT li għandhom biss il-permess li jħaddmu SS tad-DLT skont l-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-Regolament u li ma jindikawx fl-istrateġiji ta’ tranżizzjoni tagħhom li biħsiebhom jiksbu awtorizzazzjoni biex iħaddmu sistema ta’ saldu tat-titoli skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014, kif ukoll ditti tal-investiment jew operaturi tas-suq li jħaddmu TSS tad-DLT, għandhom jistinkaw kemm jista’ jkun biex jikkonkludu arranġamenti mas-CSDs li jħaddmu sistema ta’ saldu tat-titoli biex jieħdu f’idejhom l-operazzjonijiet tagħhom, u għandhom jispeċifikaw tali arranġamenti fl-istrateġiji ta’ tranżizzjoni tagħhom.
Is-CSDs li jħaddmu sistema ta’ saldu tat-titoli li jirċievu talba biex jikkonkludu l-arranġamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom iwieġbu fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jirċievu t-talba. Is-CSD li jħaddem is-sistema ta’ saldu tat-titoli għandu jikkonkludi l-arranġamenti b’mod mhux diskriminatorju u jista’ jiddebita dritt kummerċjali raġonevoli bbażat fuq il-kostijiet effettivi. Huwa għandu jiċħad tali talba biss meta jqis li l-arranġamenti jkunu jaffettwaw il-funzjonament bla xkiel u ordnat tas-swieq finanzjarji jew jirrappreżentaw riskju sistemiku. Ma għandux jiċħad talba għal raġunijiet ta’ telf ta’ sehem mis-suq. Jekk jiċħad talba, għandu jinforma bil-miktub lill-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT li kien ippreżenta t-talba.
|
|
Artikolu 7 10
|
10. L-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 8 u 9 għandhom ikunu lesti sa mhux aktar tard minn ħames snin mid-data li fiha jingħata l-permess speċifiku jew għandhom ikunu lesti f’data qabel meta dan ikun rikjest mill-awtorità kompetenti bil-għan li jiġi indirizzat kwalunkwe riskju li jintemm antiċipatament il-permess speċifiku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|