|
+Artikolu 7 5 |
Artikolu 7 55. Meta l-operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT jiżgura l-kustodja tal-fondi tal-membri, tal-parteċipanti, tal-emittenti jew tal-klijenti, tal-kollateral jew tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT, u jiżgura l-mezzi ta’ aċċess għal tali assi, inkluż fil-forma ta’ ċwievet kriptografiċi, tali operatur għandu jkollu arranġamenti adegwati fis-seħħ biex jiġi evitat l-użu ta’ dawk l-assi f’isem l-operatur stess mingħajr il-kunsens espliċitu bil-miktub minn qabel tal-membru, tal-parteċipant, tal-emittent jew tal-klijent ikkonċernat, li jista’ jsir permezz ta’ mezzi elettroniċi. L-operaturi ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT għandhom iżommu reġistrazzjonijiet sikuri, preċiżi, affidabbli u li jistgħu jiġu rkuprati tal-fondi, tal-kollateral u tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT miżmuma mill-infrastruttura tas-suq DLT tagħhom għall-membri, il-parteċipanti, l-emittenti jew il-klijenti tagħhom kif ukoll tal-mezzi ta’ aċċess għal tali fondi, kollateral u strumenti finanzjarji tad-DLT. L-operaturi ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT għandhom jissegregaw il-fondi, il-kollateral u l-istrumenti finanzjarji tad-DLT tal-membri, tal-parteċipanti, tal-emittenti jew tal-klijenti li jużaw l-infrastruttura tas-suq tad-DLT, u l-mezzi għall-aċċess għal tali assi, minn dawk tal-operatur, kif ukoll minn dawk ta’ membri, parteċipanti, emittenti u klijenti oħra. L-arranġamenti ġenerali tal-IT u dawk ċibernetiċi, imsemmija fil-paragrafu 4, għandhom jiżguraw li tali fondi, kollateral u strumenti finanzjarji tad-DLT miżmuma minn infrastruttura tas-suq tad-DLT għall-membri, għall-parteċipanti, għall-emittenti jew għall-klijenti tagħha, kif ukoll il-mezzi ta’ aċċess għalihom, jiġu protetti mir-riskji ta’ aċċess mhux awtorizzat, hacking, degradazzjoni, telf, attakk ċibernetiku, serq, frodi, negliġenza jew malfunzjonijiet operattivi serji oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|