+Artikolu 7 7

Artikolu 7 7

7.   Operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT għandu jistabbilixxi u jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku strateġija ċara u dettaljata biex tonqos l-attività ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT partikolari jew għat-tranżizzjoni, jew il-waqfien tal-attività ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT partikolari (minn hawn il quddiem imsejħa l-“istrateġija ta’ tranżizzjoni”), inkluża t-tranżizzjoni jew it-treġġigħ lura tal-operazzjonijiet tiegħu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit għall-infrastrutturi tas-suq tradizzjonali, fil-każ li:

(a)

il-valur limitu msemmi fl-Artikolu 3(3) jinqabeż;

(b)

ikollhom jiġu rtirati jew inkella sospiżi permess speċifiku jew eżenzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament, inkluż fejn il-permess speċifiku jew l-eżenzjoni ġew sospiżi b’konsegwenza tal-avvenimenti previsti skont l-Artikolu 14(2); jew

(c)

ikun hemm waqfien volontarju jew involontarju tan-negozju tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT.

L-istrateġija ta’ tranżizzjoni għandha tkun lesta biex tiġi implimentata f’waqtha.

L-istrateġija ta’ tranżizzjoni għandha tistabbilixxi kif il-membri, il-parteċipanti, l-emittenti u l-klijenti jiġu ttrattati, fil-każ ta’ rtirar jew sospensjoni ta’ permess speċifiku jew il-waqfien tan-negozju kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-istrateġija ta’ tranżizzjoni għandha tistabbilixxi l-mod ta’ protezzjoni tal-klijenti, b’mod partikolari tal-investituri fil-livell tal-konsumatur, kontra kwalunkwe impatt sproporzjonat mill-irtirar jew sospensjoni ta’ permess speċifiku jew il-waqfien tan-negozju. L-istrateġija ta’ tranżizzjoni għandha tiġi aġġornata fuq bażi kontinwa suġġetta għall-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti.

L-istrateġija ta’ tranżizzjoni għandha tispeċifika l-mod kif dak li jkun għandu jġib ruħu f’każ li jinqabeż il-limitu msemmi fl-Artikolu 3(3).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.