1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u għad-Direttiva 2014/65/UE, l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti.
B’mod partikolari, l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom wara li jsiru konxji ta’ kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet ta’ hawn taħt, mingħajr dewmien:
|
(a)
|
kwalunkwe bidla materjali proposta fil-pjan tan-negozju tagħhom inkluż bidliet relatati mal-persunal kritiku, mar-regoli tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT u mat-termini legali;
|
|
(b)
|
kwalunkwe evidenza ta’ aċċess mhux awtorizzat, ħsara materjali, telf, attakki ċibernetiċi jew theddid ċibernetiku ieħor, frodi, serq jew malprassi serja oħra li jkun sofra l-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT;
|
|
(c)
|
kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni pprovduta lill-awtorità kompetenti;
|
|
(d)
|
kwalunkwe diffikultà teknika jew operazzjonali fit-twettiq tal-attivitajiet jew fil-forniment tas-servizzi li huma soġġetti għall-permess speċifiku, inklużi diffikultajiet relatati mal-iżvilupp jew mal-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit u mal-istrumenti finanzjarji tad-DLT; jew
|
|
(e)
|
kwalunkwe riskju li jolqot il-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja li jkun irriżulta u li ma kienx antiċipat fl-applikazzjoni li titlob il-permess speċifiku jew li ma kinux antiċipati fiż-żmien meta ngħata l-permess speċifiku.
|
Il-bidliet imsemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (a) għandhom ikunu notifikati tal-anqas erba’ xhur qabel ma tkun ippjanata l-bidla, indipendentement mill-fatt jekk il-bidla materjali proposta tkunx teħtieġ bidla fil-permess speċifiku jew fl-eżenzjonijiet relatati jew fil-kundizzjonijiet mehmuża ma’ tali eżenzjonijiet, f’konformità mal-Artikoli 8, 9 jew 10.
F’każ ta’ notifika tal-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu, il-punti (a) sa (e), l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT jippreżenta applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8(13), l-Artikolu 9(13) jew l-Artikolu 10(13), jew tista’ titlob lill-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT jieħu l-miżuri korrettivi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.