+Artikolu 4 Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni abbażi ta’ daqs
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.

Artikolu 4 Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni abbażi ta’ daqs

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.

Bla ħsara għall-Artikoli 3 u l-Artikoli 5 sa 10, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal impriża tal-assigurazzjoni li tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet kollha:

(a) 

id-dħul mill-premium gross annwali li ddaħħal fil-kontijiet tagħha l-impriża ma jaqbiżx ►M10  b’EUR 5 400 000  ◄ ;

(b) 

it-total tad-dispożizzjonijiet tekniċi tal-impriża, gross mill-ammonti irkuprabbli minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni u strumenti ta’ għan speċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 76, ma jaqbiżx il- ►M10  b’EUR 26 600 000  ◄ ;

(ċ) 

fejn l-impriża tkun il-proprjetà ta’ grupp, it-total tad-dispożizzjonijiet tekniċi tal-grupp definit bħala gross tal-ammonti irkuprabbli minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni u strumenti ta’ għan speċjali ma jaqbiżx il- ►M10  b’EUR 26 600 000  ◄ ;

(d) 

in-negozju tal-impriża ma jinkludix attivitajiet ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li jkopru responsabbiltà, kreditu u assigurazzjoni ta’ garanzija għar-riskji, sakemm ma jkunux riskji anċillari fis-sens tal-Artikolu 16(1);

(e) 

in-negozju tal-impriża ma jinkludix operazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni li jaqbżu l- ►M10  b’EUR 600 000  ◄ tad-dħul mill-premium gross miktub tagħha jew l- ►M10  b’EUR 2 700 000  ◄ tar-riżervi tekniċi grossi tagħha tal-ammonti irkuprabbli minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni u strumenti bi għan speċjali, jew iktar minn 10 % tad-dħul mill-pimjum gross tagħhom jew iktar minn 10 % tar-riżervi tekniċi gross tal-ammonti irkuprabbli tagħhom minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni u strumenti ta’ għan speċjali.

Artikolu 4 2.
Jekk kwalunkwe wieħed mill-ammonti stipulati fil-paragrafu 1 jinqabeż għal tliet snin konsekuttivi din id-Direttiva għandha tapplika b’effett mir-raba’ sena.
Artikolu 4 3.
B’deroga mill-paragrafu 1, din id-Direttiva għandha tapplika għall-impriżi kollha tal-assigurazzjoni li jitolbu awtorizzazzjoni biex iwettqu attivitajiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni li d-dħul mill-premiums gross annwali tagħhom jew ir-riżervi tekniċi gross tagħhom tal-ammonti irkuprabbli minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni u Strumenti ta’ Għan speċjali huma mistennija li jaqbżu l-ammonti stipulati fil-paragrafu 1 fil-ħames snin ta’ wara.
Artikolu 4 4.

Din id-Direttiva għandha tieqaf tapplika għal dawk l-impriżi ta’ assigurazzjoni li l-awtorità superviżorja tkun verifikat li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-ebda wieħed mill-limiti stipulati fil-paragrafu 1 ma ġie maqbuż fit-tliet snin konsekuttivi ta’ qabel; u

(b) 

l-ebda wieħed mill-limiti stipulati fil-paragrafu 1 mhux mistenni li jinqabeż matul il-ħames snin ta’ wara.

Sakemm l-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata twettaq l-attivitajiet f’konformità mal-Artikoli 145 sa 149, l- paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika.

Artikolu 4 5.
Il-paragrafi 1 u 4 m’għandhomx jipprevjenu impriża milli tapplika għall-awtorizzazzjoni jew milli tkompli tkun awtorizzata skont din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.