|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.Bla ħsara għall-Artikoli 3 u l-Artikoli 5 sa 10, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal impriża tal-assigurazzjoni li tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet kollha:
(a)
id-dħul mill-premium gross annwali li ddaħħal fil-kontijiet tagħha l-impriża ma jaqbiżx ►M10 b’EUR 5 400 000 ◄ ;
(b)
it-total tad-dispożizzjonijiet tekniċi tal-impriża, gross mill-ammonti irkuprabbli minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni u strumenti ta’ għan speċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 76, ma jaqbiżx il- ►M10 b’EUR 26 600 000 ◄ ;
(ċ)
fejn l-impriża tkun il-proprjetà ta’ grupp, it-total tad-dispożizzjonijiet tekniċi tal-grupp definit bħala gross tal-ammonti irkuprabbli minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni u strumenti ta’ għan speċjali ma jaqbiżx il- ►M10 b’EUR 26 600 000 ◄ ;
(d)
in-negozju tal-impriża ma jinkludix attivitajiet ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li jkopru responsabbiltà, kreditu u assigurazzjoni ta’ garanzija għar-riskji, sakemm ma jkunux riskji anċillari fis-sens tal-Artikolu 16(1);
(e)
in-negozju tal-impriża ma jinkludix operazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni li jaqbżu l- ►M10 b’EUR 600 000 ◄ tad-dħul mill-premium gross miktub tagħha jew l- ►M10 b’EUR 2 700 000 ◄ tar-riżervi tekniċi grossi tagħha tal-ammonti irkuprabbli minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni u strumenti bi għan speċjali, jew iktar minn 10 % tad-dħul mill-pimjum gross tagħhom jew iktar minn 10 % tar-riżervi tekniċi gross tal-ammonti irkuprabbli tagħhom minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni u strumenti ta’ għan speċjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|