+Artikolu 129 1.

Artikolu 129 1.

Il-Kapital Minimu Rekwiżit għandu jiġi kkalkolat skont il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

għandu jiġi kkalkolat b’mod ċar u sempliċi, b’mod li jiggarantixxi li l-kalkolu jkun jista’ jiġi sottopost għal verifika;

(b) 

għandu jikkorrispondi mal-ammont ta’ fondi proprji ta’ bażi eliġibbli li taħtu t-titolari ta’ polza u l-benefiċjarji jkunu esposti għal livell inaċċettabbli ta’ riskju kieku l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu permessi jkomplu l-operazzjonijiet tagħhom;

(ċ) 

il-funzjoni lineari msemmija fil-paragrafu 2 użata biex jiġi kkalkulat il-Kapital Minimu Rekwiżit hija kkalibrata mal-Valur mar-Riskju tal-fondi proprji ta’ bażi ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni suġġetta għal livell ta’ fiduċja ta’ 85 % matul perjodu ta’ sena;

(d) 

għandu jkollu livell minimu assolut ta’:

▼M5

(i) 

►M10  b’EUR 2 700 000  ◄ għall-impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, inklużi kumpaniji tal-assigurazzjoni captive, minbarra fil-każ fejn ir-riskji kollha inklużi f'waħda mill-klassijiet 10 sa 15 elenkati fil-Parti A tal-Anness I, jew xi wħud minnhom, ikunu koperti, li f'dan il-każ m'għandux ikun inqas minn ►M10  b’EUR 4 000 000  ◄ ;

(ii) 

►M10  b’EUR 4 000 000  ◄ għall-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, inklużi impriżi tal-assigurazzjoni captive;

(iii) 

►M10  b’EUR 3 900 000  ◄ għall-impriżi tar-riassigurazzjoni, minbarra fil-każ ta' impriżi tar-riassigurazzjoni captive, li f'dan il-każ ir-Rekwiżit Kapitali Minimu m'għandux ikun inqas minn ►M10  b’EUR 1 300 000  ◄ ;

▼B

(iv) 

is-somma tal-ammonti stipulati fil-punti (i) u (ii) għall-impriżi tal-assigurazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 73(5).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.