|
+Artikolu 308b 13. |
Artikolu 308b 13.Minkejja l-Artikolu 100, l-Artikolu 101(3) u l-Artikolu 104, il-parametri standard li għandhom jintużaw għall-ekwitajiet li l-impriża xtrat fl-1 ta' Jannar 2016 jew qabel, meta jiġi kkalkolat is-submodulu ta' riskju tal-ekwitajiet f'konformità mal-formula standard mingħajr l-għażla stabbilita fl-Artikolu 304, għandhom jiġu kkalkolati bħala l-medji ponderati ta':
(a)
il-parametru standard li għandu jintuża meta jiġi kkalkolat is-submodulu ta' riskju tal-ekwitajiet f'konformità mal-Artikolu 304; u
(b)
il-parametru standard li għandu jintuża meta jiġi kkalkolat is-submodulu ta' riskju tal-ekwitajiet f'konformità mal-formula standard mingħajr l-għażla stabbilita fl-Artikolu 304. Il-piż għall-parametru espress fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jiżdied tal-anqas b'mod lineari fi tmiem kull sena minn 0 % matul is-sena li tibda fl-1 ta' Jannar 2016 għal 100 % sal-1 ta' Jannar 2023. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw aktar il-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati, inklużi l-ekwitajiet li jistgħu jkunu soġġetti għall-perjodu tranżitorju. Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi ta' dak il-perjodu tranżitorju, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu. L-AEAPX għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2015. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fir-raba' subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|