|
+Artikolu 19 6. |
Artikolu 19 6.Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 5, l-Istati Membri jistgħu, għall-IORPs reġistrati jew awtorizzati fit-territorji tagħhom, jippreskrivu regoli aktar dettaljati, inklużi regoli kwantitattivi, sakemm dawn ikunu prudentement iġġustifikati, biex jirriflettu l-firxa totali tal-iskemi ta' pensjoni operati minn dawk l-IORPs. Iżda l-Istati Membri m'għandhomx jipprevjenu IORPs milli:
(a)
jinvestu s-70 % tal-assi li jkopru l-provvedimenti tekniċi jew tal-portafoll sħiħ għal skemi li fihom il-membri jġorru r-riskji ta' investiment f'ishma, titoli negozjabbli ttrattati bħala ishma u bonds korporattivi ammessi għan-negozju fi swieq regolati, jew permezz ta' MTFs jew OTFs, u jiddeċiedu dwar il-piż relattiv ta' dawk it-titoli fil-portafoll tagħhom ta' investiment. Madankollu, sakemm ikun prudentement iġġustifikat, l-Istati Membri jistgħu japplikaw limitu aktar baxx ta' mhux anqas minn 35 % għall-IORPs li joperaw skemi ta' pensjoni b'garanzija ta' rata ta' imgħax fit-tul, iġorru r-riskju tal-investiment u huma stess jipprevedu l-garanzija;
(b)
jinvestu sa 30 % tal-assi li jkopru l-provvedimenti tekniċi f'assi denominati f'muniti għajr dawk li fihom huma espressi l-obbligazzjonijiet;
(c)
jinvestu fi strumenti li għandhom orizzont tal-investiment fit-tul u li mhumiex innegozjati fi swieq regolati, f'MTFs jew f'OTFs;
(d)
jinvestu fi strumenti maħruġa jew iggarantiti mill-BEI u previsti fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil, il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej u l-Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|