+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Article 1 1.
---+Article 1 2.
---+Article 1 3.
---+Article 1 4.
---+Article 1 5.

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tistipula r-regoli dwar l-eżerċizzju tal-attività tal-ħruġ tal-flus elettroniċi li skonthom l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-kategoriji li ġejjin ta’ emittenti ta’ flus elettroniċi:

(a) l-istituzzjonijiet tal-kreditu, kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE, inklużi, skont il-liġi nazzjonali, fergħa tagħhom fi ħdan it-tifsira tal-punt 3 tal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva, fejn fergħa tinsab fil-Komunità u li l-uffiċċju ewlieni tagħha jinsab barra l-Komunità skont l-Artikolu 38 ta’ dik id-Direttiva;

(b) l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, inklużi, skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva u l-liġi nazzjonali, fergħa tagħhom li tinsab fil-Komunità u li l-uffiċċju ewlieni tagħha jinsab barra l-Komunità;

(c) l-istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali li jkunu intitolati, skont il-liġi nazzjonali, li joħorġu flus elettroniċi;

(d) il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali meta ma jkunux qed jaġixxu bħala awtorità monetarja jew awtoritajiet pubbliċi oħra;

(e) l-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom meta jaġixxu bħala awtoritajiet pubbliċi.

2.  It-Titolu II ta’ din id-Direttiva jistipula r-regoli għall-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi.

3.  L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tat-Titolu II ta’ din id-Direttiva, jew ta’ parti minnhom, għall-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/48/KE, bl-eċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-ewwel u t-tieni inċiżi ta’ dak l-Artikolu.

4.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal valur monetarju maħżun fi strumenti eżentati kif speċifikat fil-punt (k) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/64/KE.

5.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal valur monetarju li jintużaw sabiex ikunu eżentati tranżazzjonijiet monetarji kif speċifikat fil-punt (l) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/64/KE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 1 1.

This Directive lays down the rules for the pursuit of the activity of issuing electronic money to which end the Member States shall recognise the following categories of electronic money issuer:

(a) 

credit institutions as defined in point 1 of Article 4 of Directive 2006/48/EC including, in accordance with national law, a branch thereof within the meaning of point 3 of Article 4 of that Directive, where such a branch is located within the Community and its head office is located outside the Community, in accordance with Article 38 of that Directive;

(b) 

electronic money institutions as defined in point 1 of Article 2 of this Directive including, in accordance with Article 8 of this Directive and national law, a branch thereof, where such a branch is located within the Community and its head office is located outside the Community;

(c) 

post office giro institutions which are entitled under national law to issue electronic money;

(d) 

the European Central Bank and national central banks when not acting in their capacity as monetary authority or other public authorities;

(e) 

Member States or their regional or local authorities when acting in their capacity as public authorities.

Article 1 2.
Title II of this Directive lays down the rules for the taking up, the pursuit and the prudential supervision of the business of electronic money institutions.
Article 1 3.
Member States may waive the application of all or part of the provisions of Title II of this Directive to the institutions referred to in Article 2 of Directive 2006/48/EC, with the exception of those referred to in the first and second indents of that Article.
Article 1 4.
This Directive does not apply to monetary value stored on instruments exempted as specified in Article 3(k) of Directive 2007/64/EC.
Article 1 5.
This Directive does not apply to monetary value that is used to make payment transactions exempted as specified in Article 3(l) of Directive 2007/64/EC.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0110
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.