4. Qabel ma jintemm il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu stabbilita bir-Regolament (UE) 2024/1620 (AMLA), għandha toħroġ opinjoni dettaljata dwar jekk il-miżura prevista:
|
(a)
|
hijiex adegwata biex tindirizza r-riskji identifikati, b'mod partikolari dwar jekk ir-riskji identifikati mill-Istat Membru jikkonċernawx is-suq intern;
|
|
(b)
|
tistax toħloq ostakli għall-moviment liberu tas-servizzi jew tal-kapital jew għal-libertà tal-istabbiliment ta' fornituri tas-servizzi fis-suq intern li mhumiex proporzjonati għar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li l-miżura għandha l-għan li ttaffi.
|
L-opinjoni dettaljata msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tindika wkoll jekk il-Kummissjoni għandhiex l-intenzjoni li tipproponi azzjoni fil-livell tal-Unjoni.