14. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta titwettaq verifika kif imsemmi fil-paragrafu 7, il-punt (a), wara l-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, u tali verifika twassal biex entità responsabbli għal reġistru ċentrali tikkonkludi li l-informazzjoni ma tkunx għadha adegwata, akkurata u aġġornata, l-entità responsabbli għar-reġistru ċentrali tkun tista' tissospendi l-validità taċ-ċertifikat ta' prova tar-reġistrazzjoni sakemm tqis li l-informazzjoni pprovduta dwar is-sjieda benefiċjarja tkun kif suppost, ħlief meta l-inkonsistenzi jkunu limitati għal żbalji tipografiċi, modi differenti ta' trażlitterazzjoni, jew ineżattezzi minuri li ma jaffettwawx l-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji jew tal-interess benefiċjarju tagħhom.