4. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħmlu l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja miżmuma fir-reġistri ċentrali tagħhom disponibbli għall-entitajiet marbutin b'obbligu mal-pagament ta’ tariffa, li għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-iżgurar tal-kwalità tal-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ċentrali u tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni. Dawk it-tariffi għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li ma jdgħajfux l-aċċess effettiv għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ċentrali.